Wake up Call!

imageQegħdin nibdew sena liturġika ġdida. Ġie Avvent ieħor. Dan l-Avvent jinkoraġġina biex immorru lura għal din il-ħerqa u tfixxija li qarbitna lejn Alla. Dan iż-żmien ġdid jagħmlilna l-mistoqsija: hemm xi ħaġa fija jew f’ħajti li huwa neċesarju bidu ġdid? Din hija wake-up call. Jista’ jkun li nqbadna fit-timetables tagħna u sirna inqas sensittivi għal dak li qiegħed jiġri madwarna? Forsi tant aħna busy li hemm bżonn ta’ ftit riflessjoni. Niftakru wkoll meta waqt li konna busy konna mgħotija dak ir-rigal ta’ kalma permezz ta’ persuna oħra – li huwa mument ta’ grazzja.

Dan iż-żmien tal-Avvent huwa żmien ta’ grazzja. Huwa żmien fejn Alla jżurek, u dan jekk tħallih. Ibda llum, biex tirċievi din l-grazzja li Alla jżurek.

U kif ser nirċievu din il-grazzja li qed joffrilna Alla?

  • Qatta aktar ħin fit-talb intimu mal-Mulej u dan ta’ kuljum
  • Qatta ħin mal-Mulej tfittex t-tweġibiet għal problemi u sfidi tiegħek
  • Qatta ħin mal-għeżież tiegħek.
  • Iċċelebra l-Avvent bil-qalb tiegħek
  • Aqra aktar partijiet mill-Iskrittura u immedita aktar
  • Aqra kotba ta’ riflessjoni
  • Għin aktar
  • L-Avvent ma hux żmien biss ta’ konsumiżmu u li tixtri rigali
  • Hemm rigal wieħed fil-Milied – dan huwa Ġesù
  • Unwrap the gift.
  • L-Avvent huwa żmien ta’ tiġdid u profonditta m’Alla.
  • Huwa żmien li tistenna lil Alla, u dik l-istennija bil-fidi.
  • Iċċelebra l-Avvent bil-qalb tiegħek
  • Huwa opportunità li timxi lura mill-konsumeriżmu u tagħti spazju lil Alla
  • Ngħatuh spazju billi niffilettu jekk Alla hux verament fl-ewwel post. Jekk ma hux, qegħdin nitilfu dik l-opportunità li jagħtina Alla.
  • Dan iż-żmien ma hux żmien li nimlew il-vojt tagħna bl-affarijiet biex ngħattu, imma li nħallu l-ispazju li nirċievu l-grazzja li qiegħed joffrilna Alla. Ir-rigal hemm qiegħed. Issa aħna, bl-aljenazzjoni, jew nuqqas ta’ attenzjoni, jew b’indifferenza nistgħu lanqas nindunaw bir-rigal. Ir-rigal huwa Ġesù. Huwa biss li jimlina l-vojt tagħna.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s