Created to share God’s love

IMG_20160723_094748.jpg

The fundamental vocation of every human being is to love. This is not obvious to everyone today. Many people believe that human life is just an accident, a chance product of evolution, a meaningless event in a vast mechanical universe.

It is certainly true that our lives have been shaped by many different forces, but there is a much deeper truth that we can discover through faith: Every single human being has been created by God out of love. He made us so that we could know his love, and share that love with others, and delight in that love forever in the glory of heaven.

So whatever you feel about your own worth – never doubt that your life has a meaning. God loves you and cares for you. You are precious to him and he has a purpose for your life, even if that does not seem very clear to you.

How to Discover your vocation – Stephen Wang

hiding yourself…

Your-Competitors-are-Hiding-in-Plain-Sights-640x340

 5 common pitfalls in which your choices can be hijacked by fear, illusion, or anxiety:

  1. By hiding yourself in a dream in order to avoid making a choice.
  2. By hiding yourself in the busyness of short-term goals in order to avoid the deeper decisions
  3. By hiding yourself in a failure in order to avoid the battle
  4. By hiding yourself behind God in order to avoid taking responsibility
  5. By hiding behind what others want for you

 Discerning Your Vocation – a catholic guide for young adults – Community of the Beatitudes

Hawn jien Mulej, ġejt nagħmel ir-rieda tiegħek.

IMG_20160502_104855Hawn jien Mulej, ġejt nagħmel ir-rieda tiegħek.

Hawn jien Mulej, ħa nmur kull fejn tmexxini għax Int sibtni f’posti

Lest biex nagħmel dak li jogħġbok.

Ħa nkun miegħek fil-mixi tiegħi

Għax kliemek, biex ma nibżax, iqawwini fi triqti

 

Int timlieni bil-grazzja tiegħek, għax tħobbni, maħluq kif jien fuq xbiehtek,

u la jien maħbub minneK, insib ir-raġuni biex inħares u nimxi ’l quddiem

Int tfawwarni  b’nifs il-ħajja.

Fis-servizz tiegħi,

Nara l-qawwa tiegħek taħdem quddiemi

Nara l-id tiegħek issawwar l-istorja li sseħħ.

Iva… irrid ningħaqad miegħek sabiex nitgħaxxaq fil-grazzja tal-ħniena tiegħek

l-aktar fil-mument tat-tbatija u tas-salib.

 

Iżda int tgħidli, Kaire…Ifraħ!

Għażiltni

biex inkun il-bniedem tiegħek u fik, O Alla

biex inkun il-bniedem għall-Knisja fid-dinja tallum

biex inkun il-bniedem għall-bnedmin li donnhom bla kwiet ifittxu l-mistrieħ

 

u dan kollu għax insir nixbah lilek

fejn

qalbi tersaq ma’ Qalbek

qalbi tkun skont Qalbek

ħajti tkun skont Ħajtek

u nkun ragħaj fuq l-eżempju tiegħek, ir-Ragħaj it-tajjeb.

 

Għax Int Mulej,

Int ir-Ragħaj tiegħi,

Int il-mudell għall-passi tiegħi,

li b’servizz mimli mħabba u b’relazzjonijiet awtentiċi,

tiġbed il-merħla lejn is-sigurtà

li inti tafha b’isimha,

u b’mod personali, hi taf lilek,

għax int ixxomm ir-riħa tal-merħla tan-ngħaġ tiegħek,

u int

titmagħha,

tħarisha, u

tmantniha.

Kun ta’ ħajti Mulej, iċ-ċentru

agħrafni b’qaddej tiegħek, li bla ma jistħoqqli,

jien bħalek immexxi l-merħla kull fejn tibgħatni,

Kun int Mulej il-bennej tal-komunità li tagħha u magħha nagħmel mixja ta’ fidi.

Agħtini qalb li tixbah lil tiegħek.

 

Ha nħares jien ukoll il-merħla tiegħek

bl-iżbandola

biex naħrab u nwarrab kull periklu

bil-ħorġa

sabiex niftakar li f’qalbi nġorr

l-attenzjoni tiegħek ta’ missier kollok ħniena u mħabba  ta’ omm dedikata

bl-għasluġ

biex inkun għall-oħrajn, bi ħniena, b’kompassjoni, b’sensibilità

li noħroġ minni innifsi lejn l-oħrajn b’fedeltà,

mingħajr ma naħrab u fejn nara x’qed jimbuttani jew imexxini

bil-bastun

bħala għajnuna ħa nterraq, nasal u ngħaddi mill-bieb id-dejjaq,

fil-kuntatt mal-“wieħed”.

 

Għax int r-Ragħaj, għallimni nagħżel, nibni u naqdi fil-

Knisja tal-fardal

Knisja “li toħroġ”

Knisja tal-qadi

Knisja li tingħata għall-oħrajn

għax kull meta l-qamħa tmut, tagħmel il-frott,

u kull darba li jien inmut, nagħti l-frott permezz

tal-qadi, tal-imħabba, tax-xandir, tal-ġustizzja soċjali,

tal-ferħ, tax-xhieda, tas-smigħ, tat-tjubija,

tal-ħlewwa, tal-għaqda, tas-sliem, tas-sabar,

tal-mogħdrija, tad-disponibilità, tal-faraġ,

tal-maħfra, tal-fejqan, tal-paċi…

 

U dan kollu Mulej

fi tfixxija kontinwa

u fi ftuħ għall-preżenza tiegħek u tal-Ispirtu tiegħek,

fostna u fil-kultura tagħna,

b’mod kontemplattiv u mistiku, u fi djalogu fratern.

 

Inħobbok Mulej, inħobbok b’qalbi kollha.

Ilmaħtni u għażiltni u b’qawwa nafda fiK.

Nitolbok ibgħat l-Ispirtu qaddis tiegħek,

ħeġġiġli dejjem qalbi bl-imħabba tiegħek

ħa nkompli l-vjaġġ ta’ bniedem li jemmen , mimli  tama,

f’mixja kontinwa ta’ konverżjoni,

u dan kollu fil-ħajja fraterna fil-komunità.

 

Irrid naqdik bil-fedeltà, b’kulma jien, fis-semplicità, sabiex int tkun magħruf u maħbub.

Grazzi Mulej talli sejjaħtli, tqawwini u tfawwarli qalbi bl-imħabba tiegħek.

 

David Cortis osa

Vocation as a call to holiness

hands.jpgOne way of expressing this is to say that the fundamental human vocation is the call to holiness, the call to be a saint.

The saints are not just heroic people who live in history books; they are ordinary Christians who have tried to live their faith without holding anything back – to love God with their whole hearts, to love those around them without counting the cost, to work at what is worthwhile with dedication and purpose, to be people of joy and kindness and prayerfulness.

All of us are called to be saints – however weak or sinful we feel. This is not so much a command as a promise that God makes: he promises us, by giving us his Holy Spirit, that he will help us to find our true happiness in following him, and that he will give us whatever we need for the journey.

How to Discover your vocation – Stephen Wang

Mind the gap u l-fidi

titles Mind the Gap (Large).jpgKull min ra xi dokumentarju jew qara xi artiklu dwar Londra jew kien xi darba f’din il-belt metropolitana, u għamel użu mis-servizz tal-underground f’din il-belt, jinduna li dan huwa avviż biex wieħed joqgħod attent għal vojt li jkun hemm bejn il-platform u t-tube tal-underground. Mind the gap saret l-frażi  li ssibha fuq flokkijiet, tazez u elf ħaġa oħra biex tfakkrek f’Londra. Hemm distanza, li tista’ tkun ċkejkna jew kbira skont il-każ, pero li tista’ tkun li tfixxklek u ttelfek.  Dan il-vojt bejn ħaġa u oħra, bejn punt u ieħor, bħalma fid-daħla tal-Belt Valletta hemm d-diċċ, li fl-arkitettura tal-belt kien sar bi skop li dawk li qegħdin barra l-belt mdawra bis-swar ma tkunx faċli għalihom li jidħlu fil-belt sakemm ma jkunx hemm pont minn post għal ieħor li wieħed ikollu aċċess għalih biex jidħol fil-Belt.  

Nimmaġina jkun hemm min jistaqsi: Dan is-sinjal Mind the gap u l-fidi, x’għandhom x’jaqsmu flimkien? F’udjenza ġenerali f’Ottubru 2012, meta matul dak ix-xahar f’Ruma kien għaddej is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evangelizzazzjoni l-ġdida, l-Papa Benedittu XVI semma li fost oħrajn hemm qasma, firda u vojt bejn l-ħajja u l-fidi; bejn dak li ngħixu u dak li nemmnu. U hawnhekk naraw l-importanza li ngħaqqdu u nwaħħdu ma’ xulxin l-fidi u l-ħajja tagħna.

Qegħdin ngħixu f’soċjetà li tara valur kbir li quddiem sfida kbira, kemm personali jew ukoll ta’ pajjiż, wieħed (jew waħda) jaqsam f’biċċiet din l-isfida biex ikun jista’ jiddiskutiha, janalizzha, jistħarriġha, u jsib tarf tal-kobba mħabbla. Jasal ukoll li l-isfida tintrebaħ ukoll.  Dan huwa punt importanti fejn sfida tinbidel ukoll f’opportunità posittiva. Fl-istess ħin, qegħdin ngħixu f’kompatamentalizazzjoni fil-ħajja tagħna – kelma twila, li tgħajjik biex tgħidha u li wkoll jista’ jkun li ma tgħidix tajba, bħalma jiġri lili! Din il-kelma tfisser li kull aspett tal-ħajja qiegħed f’kompartament għalih, f’kaxxa għalih mingħajr ma jkun hemm dik il-connection bejn ħaġa u oħra, bejn aspett u ieħor.  Ħa nagħti eżempji.

Meta konna żgħar tgħallimna fidi mill-ġenituri jew familjari tagħna. Ma hemmx ġideb. Le għal vjolenza. Nikkopera. Nkun ġeneruż. Naħseb fl-oħrajn. Nafda fl-oħrajn. Nkun f’paċi. Punti kollha bbażati fuq il-parabboli u t-tgħalim ta’ Ġesù. 

Meta kbirna ftit u tfarfarna, l-affarijiet bdew jikkumplikaw ftit ruħhom. Barra dawn il-valuri kien hemm affarijiet oħra bħall-popolarità, li wieħed ikun makak; li jgħid xi ġidba; wieħed jammira l-qawwa, s-saħħa u s-sbuħija minflok l-umiltà u s-servizz; ftaħir; li wieħed iqarraq jimxi iktar il-quddiem; fost affarijiet oħra. 

Imbagħad meta wieħed beda jistudja fl-livell aktar avvanzat jew jaħdem beda jara l-affarijiet iktar differenti, fejn l-qasma u l-vojt bejn il-fidi u l-ħajja kompla jikber. Wieħed jitgħallem il-vantaġġi li ma jgħidx il-verità sħiħa. Jitgħallem kif jimmanipula lil oħrajn. Jitgħallem kif iġib dak li jrid u ma joqgħodx jinkwieta ħafna wieħed x’għamel biex ġab dak li ried, anke jekk jagħmel favuri lill-persuni oħra basta jġib dak li kellu bżonn.

Barra dawn hemm ukoll dawk li persuna jkollha attributi interni differenti għal persuna tiegħu sħiħa, bħar-reliġjon, politika, xjenza, ġudikatura, professjoni, sesswalità, għanijiet fil-ħajja, interessi personali, divertiment, etc li ftit li xejn ikun hemm overlap, li parti tkun fuq l-oħra u magħquda ma’ xulxin: dak li nagħmel fin-negozju, waqt il-ħin tax-xoghol huwa differenti mir-reliġjon li nemmen; l-aspett tal-politika huwa differenti mill-fidi, bħalma hija x-xjenza, l-ispiritwalità u l-flus, issues morali u l-affarijiet oħra li ssemmew.  Dan kollu juri li wieħed ma hux integrat. Wieħed integrat ikollu dawn l-affarijiet kollha magħqudin u magħġunin ma’ xulxin – bħal kejk mħawwad tajjeb u li fih ma tarax is-saffi li tara fi trifle, per eżempju. 

Dan naraw ukoll fl-ispiritwalità, fejn l-mistoqsijiet bażiċi tal-ħajja bħal, għaliex twelidna, għaliex it-tbatija, għaliex hawn il-ħażen; l-mistoqisja tal-ġuħ u l-għatx għal Alla; u t-tfixxija għal dak kollu li jagħmel sens, ikunu separati minn dak li ngħixu, minn dak li nemmnu, u allura tkun spiritwalità bla ankra. Pero l-ankra tagħna huwa Ġesù Kristu.  Ir-relazzjoni personali u intima ma’ dan Alla, ma tkunx biss f’ritwali u talb imma wkoll f’impenn prattiku, bħalma ma naraw fl-Evanġelju skont San Luqa fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, fejn l-kompassjoni, il-ħniena, l-umilta, l-paċenzja u l-imħabba qegħdin preżenti. 

Dak li nemmnu, dak li niċċellebraw, dak li ngħixu u dak li nitolbu huma mwaħħda u magħqudin ma’ xuxlin, kif jenfazizza l-Papa Benedittu, meta kien għadu Kardinal fl-2005, fid-daħla tiegħu għall-Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Jerġa’ mbagħad jagħmel din l-enfasi fl-Enċiklika tiegħu Deus Caritas Est – Alla hu Mħabba – fejn isemmi l-interdipendenza tal-fidi, l-qima u l-għixien fejn huma magħqdin f’realtà waħda li jkunu msawrin mil-laqgħa tagħna tal-imħabba ta’ Alla. Meta noħorġu mill-knisja u mill-quddiesa, l-Ewkaristija tkompli anke fit-toroq tal-belt tagħna, fejn meta nkunu għamilna talb għal dawk li jkunu fil-bżonn waqt il-quddiesa, dan it-talb jitkompla fil-komunità permezz tal-għajnuna u l-impenn fil-qasam politiku u soċjali. Din hija l-invitazzjoni fl-aħħar tal-quddiesa – Morru fil-paċi u l-imħabba biex taqdu u taqsmu l-imħabba t’Alla.  Naqsmu din l-imħabba permezz ta’ sapport, għajnuna, djakonija, smiegħ lil persuni, preżenza tagħna u kelma ta’ kuraġġ, għaliex bħalma jgħidilna Ġesù: “minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom” (Ġw 13, 35).      

Din hija l-aħbar it-tajba li ġabilna Ġesu Kristu – “Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom” (Ġw 13,17).  Jekk nafu li hemm dawn il-gaps, dan il-vojt u qasmiet fil-ħajja tagħna, henjin aħna jekk nibnu l-pontijiet u naraw l-bniedem sħiħ, fit-totalità tiegħu, magħqud, u fejn s-sinjal Mind the gap ma jkunx hemm aktar bżonnu!

 

 

David Cortis osa

Holding the hand of the Lord…

2015-11-25-1448455719-2792847-holdinghands“How wonderful to walk along in life holding the hand of the Lord”  (Saint Edith Stein).

The most beautiful thing in this world is to be led by the hand of God. Not going at it alone when we pursue our interests and goals, but rather taking it on together with Someone who knows and loves us. Not building my life alone, but in a loving and trusting communion with God, the One who knows us better than we know ourselves, who created us with infinite tenderness, and who knows us as we are, and who infinitely respects our freedom, more than anyone else we could find.

To be led like a child grasping his father’s hand, a Father who loves each person in a special way and has a unique vocation for everyone. The call may not always be easy to understand or to follow, but it is an inexhaustible source of joy and fruitfulness.

Discerning Your Vocation – a catholic guide for young adults, Community of the Beatitudes

Santu Wistin Ifittex ’l Alla – P. Patrizju Mallia osa

man-in-field

Mitluf, waħdi niġġerra fi ħsiebi,

Biex infittex lil Dak li ħabbejt,

U hekk qalbi bil-ħeġġa titfawwar,

Kif xtaqt darba, għalhekk Lilu nsejt.

 

Ħsiebi sar, bħal għasafar tal-ajru,

Li jittajru fil-ogħla smewwiet,

Għax hu mxennaq biex fis jista’ jgħarrex,

Qalb il-fwieħa tal-ogħla ħlewwiet!

 

Ma nistax nibqa’ mxennaq għas-Sewwa,

Jeħtieġ ngħaġġel, nittajjar ’il fuq,

Jeħtieġ nofroq is-sħab li jgħattini

Biex l-Imħabba bi ġmielha induq.

 

Iżda mnejn jien sa nterraq biex nilħaq!

Uruhieli, O ħlejjaq, it-triq,

Biex insib is-Sultan li qed jgħasses,

Fuq din artna maħnuqa bl-ilfiq.

 

Hu jkebbisli lil qalbi bil-ġamar,

Biex nissaffa, nitbiegħed mill-hemm,

Sakemm naqbad u nsir ġamra waħda,

U nispiċċa, nixxejjen, nintemm…

 

……..    U issa ħieles għalkollox mid-diqa

            Li ħallietni nitkasbar fit-trab.

            Issa nista’ bla biża’ nistaqsi:

            “Min hu Alla, fejn Huwa jinstab?”

 

Staqsejt ’l-art jekk hix Alla: weġbitni:

“Jien m’iniex; ibqa’ fittex u dur.”

Staqsejt l-ilma li jgħannaq u jbewwes

Lil din l-art, li ħallietni indur.

 

Iżda bħalha telaqni, ħallieni

Nibqa’ ngħarrex fit-triq li għaddej;

“M’aħniex Alla li qiegħed int tfittex”,

Ilkoll f’daqqa weġbuni, Mulej!

 

Bqajt nittajjar, fil-għoli, fl-ispazju,

Fost id-dija tal-isbaħ maħluq,

U staqsejtha hix alla setgħana,

Li dawlitni biex nitla’ hawn fuq.

 

Izda lanqas dis-safa ta’ ħlejjaq,

Ma hi Dak li ħalaqni mix-xejn.

U jien dejjem għatxan għall-imsiba,

Li bi ġmielha hi tgħammex l-għajnejn.

 

Jien staqsejthom għall-anqas jgħiduli

Fejn se nsibha dix-xmara ta’ ġmiel,

Li ħallietni niġġerra, nittajjar,

Biex ikolli għall-anqas xi ħjiel.

 

L-univers kien dlonk f’daqqa weġibni:

“M’aħniex Dak li jinsab kullimkien;

Aħna ħlejjaq ilkoll bla ma nafu

Ta’ dak Alla Sultan tal-ħolqien”.

 

…….     U kif smajtha dil-kelma, tregħ’dt jiena,

            U nżilt b’sabta bħal seqer milqut,

            U bdejt ninsa lil min kien madwari

            Biex, O Alla, fi ħdanek immut.

 

Int lil qalbi fawwartha b’imħabbtek;

U bħal vleġġa tal-efrem azzar,

Illi taħraq u tikwi u tħammar,

Ħassejt f’qalbi msoffija fin-nar.

 

Ħsiebi sar bħal għasafar tal-ajru,

Li jittajru fil-ogħla smewwiet,

Għax hu mxennaq biex fis jista’ jgħammar

Qalb il-fwieħa  tal-ogħla ħlewwiet!

 

Patri Patrizju Mallia osa  –  1954

 

Do I have a vocation?

IMG_20160723_120838.jpg“God calls all the souls he has created to love him with their whole being, here and thereafter, which means that he calls all of them to holiness, to perfection, to a close
following of him and obedience to his will.

But he does not ask all souls to show their love by the same works,

to climb to heaven by the same ladder,

to achieve goodness in the same way.

What sort of work, then, must I do?
Which is my road to heaven?                                                           In what kind of life am I to sanctify myself?”

(Blessed Charles de Foucauld)

San Eżekjel Moreno

st__ezekiel_moreno_by_tycho101-d62p47w.jpg

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena.

Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo għal tliet snin. Fl-1888 offra biex jerġa jmur jaħdem fil-missjoni pero din id-darba mhux fil-Filippini imma fil-Kolombja. Hawnhekk Eżekjel ħa ħsieb li jerġa jħaddem il-Provinċja ta’ Candelaria billi kien Pirjol Provinċjali ta’ l-istess provinċja. Matul dan iż-żmien ir-reliġjużi Agostinjani tal-istess provinċja bdew il-missjoni tagħhom f’Casanare li bdiet tħalli ħafna frott f’qasir żmien.

Fl-1 ta’ Mejju 1894, San Eżekjel Moreno ġie ordnat vigarju appostoliku ta’ Casanare u sentejn wara isqof ta’ Pasto. Din il-ħidma ġdida ma kinitx faċli għaliex kellu jgħaddi minn diversi esperjenzi koroh bħal persekuzzjonijiet u saħansitra nuqqas ta’ ftehim u ntoppi min-naħa tas-superjuri tiegħu. Pero ta’ Ragħaj tajjeb u fidil tal-merħla tiegħu, Eżekjel ma ddejjaq xejn ipoġġi ħajtu fil-periklu biex isalva u jiddefendi n-nagħaġ tiegħu.

Minħabba polemika li nqalgħet madwar il-persuna tiegħu minħabba li kien sod fil-fidi, waqt il-viżta “ad limina” talab lil Papa Ljun XIII li jirriżenja minn Isqof, iżda l-Papa ma laqax ir-riżenja tiegħu u reġa lura għad-djoċesi tiegħu. Hanwhekk sab quddiem wiċċu gwerra ċivili.

Fl-1905 intlaqgħet minn marda kiefra li ħallietu jixrob il-kalċi tat-tbatija tant li kellu jirritorna lura lejn Spanja. Għalkemm qagħad għal ħafna interventi mediċi, hu rrifjuta dejjem il-loppju ħalli jkun jista’ jsofri t-tbatija li bata’ Kristu. Din l-għażla ħalliet lit-tobba bla kliem.

Minħabba li kien jaf li ma tantx kien għad fadallu ħajja, xtaq li jerġa jirritorna fil-kunvent ta’ Monteagudo fejn hemmhek miet fid-19 t’Awwissu fl-1906. Eżekjel Moreno ġie ddikjarat qaddis fil-11 t’Ottubru 1992 mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II.

Kwalita’ sabiħa li nistgħu nieħdu minn dan il-qaddis hija l-aspett missjunarju li kellu għal dawk in-nies li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu. Aħna wkoll nistgħu nkunu missjunarji kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Aħseb ftit kif tista’ tkun missjunarju/a int ukoll? Aspett ieħor huwa l-fidi li kellu fil-Mulej; li tidher ħafna kemm meta kien qiegħed jagħmel x-xogħol pastorali fil-missjoni kif ukoll fl-aħħar ta’ ħajtu. Il-ħajja tiegħu ħalliha kollha kemm hi f’idejn il-Mulej u ħallih imexxih Hu. Xi jfisser li tafda fiH? Ifisser li tħalliH imexxik Hu minkejja d-diffikultajiet kollha li nistgħu niltaqgħu magħhom matul ħajjitna.