Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja

o-WOMEN-HOLDING-HANDS-facebook.jpgMarija Omm il-Konsolazzjoni

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja.Sabiħ għal kulħadd imma speċjalment għall-dawk li jħossuhom jew huma waħdihom.Min huwa waħdu u ma jsibx il-wens, is-solitudni tiegħu jew tagħha tkun itqal milli hi.

U meta qed ngħid solitudni, mhux biss solitudni fiżika – tkun tgħix waħdek imma hemm diversi esperjenzi fil-ħajja tagħna l-bnedmin fejn inħossuna waħidna, inħossuna mitluqin mill-oħrajn, jekk mhux ukoll emarġinati mill-oħrajn, jiġifieri, ħaddieħor jpoġġina fil-ġenb.

Għandna solitudni morali, solitudni spiritwali, għar u għar jekk x’ħin inħarsu madwarna mhux biss jaħtafna l-baħħ uman, imma nimmaġinaw li anke Alla ma għandux għalina dan il-wens patern u matern tiegħu

Fl-evanġelju naraw kif Ġesù jaħseb biex lill-żewġ persuni tant għeżież għalih, ommu u d-dixxiplu l-maħbub, f’mument fejn kienu sejrin iġarbu telfa, il-mewt ta’ Ġesù, il-Mulej Ġesù joffrilhom il-wens u jagħtihom bħala missjoni li jkunu ta’ wens għall-xulxin. Mara dan huwa ibnek, ħu ħsiebu!.  Ġwanni ħa jgħix fis-solitudni. L-esperjenza tal-firda ħa tkun qawwija għalih. Wensu, tħallihx waħdu.

U l-istess diskors jagħmlu Ġesù lill-Ġwanni. Issa ħu ħsieb ommi. Għaliex it-toqol tas-solitudni huwa sejf jinfed. Sejf b’żewġt ixfar. Marija ħa ġġarrab is-solitudni tal-imħabba, tal-affettività għaliex ħa jisseparawha mill-persuna li l-aktar kienet tħobb. Ħu ħsieb wennisha.

Aħna llum qegħdin nagħmlu s-solennità tal-Madonna taċ-Ċintura illi t-tradizzjoni tgħidilna illi, kienet S. Monika omm missierna S. Wistin illi lil Madonna qaltilha: Aqtgħatli xewqti, għidli x’kont tilbes int meta kont armla. Nixtieq li din il-kelma armla nagħmluha underlined. Jiġifieri meta kont waħdek. U l-Madonna dehritilha liebsa libsa skura u biċ-Ċintura, u Santa Monika libset din il-libsa, li imbagħad anke Wistin, tgħid it-tradizzjoni addoddata. X’tgħidilna din l-istorja, vera mhux vera. Qisu bħal dak it-tifel jew tifla li jaqbad maċ-ċinturin ta’ missieru, u jkun kollox sew. Hemmhekk, allura għandu l-appoġġ ta’ xi ħadd li jħobbu, u allura hekk ukoll nara l-immaġini jew din id-devozjoni lejn il-Madonna taċ-Ċintura. Lil Santa Monika li kienet weħidha, armla, tofrilha ċ-Ċintura tagħha biex taqbad magħha u tħoss, iġġarrab il-wens matern ta’ Marija. U jekk aħna għeżież tiegħi irridu nkunu devoti tal-Madonna taċ-Ċintura, biex kull wieħed u waħda minnha, ma għandux jibqa’ lura milli jaqbad maċ-Ċintura tal-Omm tagħna, ħalli tassiguralna l-wens, ħalli tgħidilna ma intomx waħdikom. Duqu l-faraġ tiegħi.

Għalhekk Marija hija dik tagħti il-farag u il-wens, u timliena bil-kuraġġ.

U fejn Marija għandha tagħtina l-faraġ?

  • F’kull tbatija hemm ukoll il-konsolazzjoni tal-imħabba ta’ Alla li jħoss mal-bniedem
  • U jekk għal Ġesù, il-ħarba tad-dixxipli kienet weġgħa li nifditlu qalbu, il-fidi ta’ Marija kienet konsolazzjoni f’din is-siegħa tiegħu
  • U x’konsolazzjoni fiha din! Il-ħajja m’hijiex problema li rridu nsolvu. Imma misteru li jeħtieġ li ngħixu.
  • Insibu l-kliem it-tajjeb u li kapaċi joffri faraġ

Meta jkun hemm s-solitudni, it-tbatija, il-mewt iġagħluna naħsbu li Alla telaqna waħidna.  Kemm drabi smajna din il-kelma: “Alla lili nsieni”: huma persuni li għaddejjin minn tbatija u qed iħossuhom mitluqa.

Għalhekk kelma ta’ faraġ quddiem sitwazzjonijiet familjari diffiċli, żwiġijiet mkissra, tamiet ta’ żgħażagħ mitlufa, disperament, weġgħat, unresolved issues..Hemm bżonn ħafna faraġ u li naqbdu maċ-ċintura.

U din Marija mhux biss faraġ imma wkoll wens

Fl-liema aspetti l-wens?

  • Wens taħt il-mant tagħha – kenn tas-sitwazzjonijiet anke f’pajjiżna u fir-reġjun tagħna.
  • tkejjel kemm se jiswielek keded u paċenzja, imma tara biss il-bżonn li persuna umana vulnerabbli tirċievi l-imħabba, il-kenn u l-wens.

Għalhekk, inkomplu nitolbuha lil Ommna Marija biex tkompli tkun ta’ kuraġġ biex inkomplu mexjin il-mixja tal-ħajja, kif imxiet hija.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s