Augustinian Reflections on the Christian Life

 

723818.jpg

Gilbert Meilaender, The Way that Leads There: Augustinian Reflections on the Christian Life, Wm B. Eardmans, Grand Rapids/mi, 2007

Santu Wistin ifformula dak il-ħsieb ta’ xewqa li “l-qalb tagħna ma ssibx kwiet jekk ma tistrihx fik, O Alla”.  Gilbert Meilaender isostni li din il-frażi hija fiċ-ċentru tal-eżistenza tagħna.  Ma huwiex ktieb fuq Santu Wistin jew it-tagħlim tiegħu fuq il-ħajja nisranija. Lill-qarrej jofri għadd ta’ riflessjonijiet fuq l-għexien nisrani li huma uniċi għal Meilaender.

Fil-ktieb tiegħu “The Way that leads there: Augustinian Reflections on the Christian Life”, huwa jieħu lil Wistin bħala “conversation partner”, dik il-figura li magħha qed jitħaddet. Permezz ta’ din il-konversazzjoni, l-awtur jespolora suġġetti li l-bnedmin ippruvaw jesploraw u jaraw tul is-sekli – ix-xewqa u l-obligu, l-politika, s-sess, meta jmutlek xi ħadd. Permezz ta’ dan ir-raġunament ta’ Meilaender, jsalva lil Wistin minn ħafna perċezzjonijiet li hemm fuq Wistin. Fl-istess ħin jidħol fi djalogu ma’ C. S. Lewis, fost oħrajn, u wkoll mat-teologija morali, fejn tkun mqajjma diskussjoni interessanti fuq diversi temi. L-istampa tal-ħajja li toħroġ minn dawn il-paġni ma hix waħda kompluta, u turi wkoll l-inabilità li nipperfezzjonaw u ngħaqqdu l-ħajja morali tagħna. Dan kollu ma hux xi punt ta’ qtiegħ ta’ qalb, imma huwa aktar mod ta’ kif inħarsu, ma’ Wistin, lejn Alla bħala s-sors u l-oġett tal-akbar xewqa tagħna.

Huwa ktieb interessanti għaliex jaħseb ma’ Santu Witin u mhux jeżaminah. Ktieb ta’ ħsieb, provokattiv, b’ħafna punti ta’ riflessjoni u wkoll meditattiv.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s