Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness

water is thicker.jpg

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness, ktieb ta’ Jana Marguerite Bennett, ippublikat mill-Oxford University Press fl-2008.  Mit-titlu wieħed igħid – imma b’mod xjentifiku d-demm huma aktar oħxon mill-ilma, u allura għaliex dan it-titlu?

Dan il-ktieb jikkunsidra kif id-djar, l-familji u l-ħajja domestika huma relatati mal-Knisja. F’teoloġiji bikrija kienet iktar iglorifikata l-ħajja monastika bħala triq aktar diretta għall-ġid sopranaturali, filwaqt li ħassieba kontemporanji jaraw li ż-żwiġijiet u l-familji infushom jistgħu jwasslu għall-aktar soċjetà tajba.

Jana Bennett tinsisti li kemm iż-żwieġ u kemm li wieħed jibqa’ single għandhom jitqiegħdu f’kuntest tal-istorja nisranija tas-salvazzjoni, u dan biex wieħed jista’ jifhem il-mistoqsijiet u l-problemi li hemm. L-awtriċi issib li Santu Wistin huwa sors tajjeb għal riflessjoni fuq dawn it-temi. Ħafna kittieba illum jaqblu li x-xogħolijiet ta’ Santu Wistin influwenzaw ħafna fuq il-viżżjoni taż-żwieġ, tal-familja u tas-sess fid-dinja tal-Punent.  Għalhekk ħafna wkoll jaqblu li l-influenza tiegħu hija ta’ detrement biex nifhmu dawn is-suġġetti b’mod san.  Minkejja dan, Bennett, permezz tal-kitbiet ta’ Santu Wistin turi li ż-żwieġ u li wieħed jibqa’ single ma jistgħu ikunu ikkunsidrati b’mod separat u li gender issues huma importanti biex wieħed jikkunsidra dan kollu b’mod korrett.  Wkoll, iktar importanti huwa li ż-żwieġ bejn Kristu u l-Knisja huwa l-ewwel punt li għandu jkun ikkunsidrat biex wieħed jifhem u jgħix dawn l-istati tal-ħajja. L-ilma tal-magħmudija huwa l-punt primarju fir-relazzjonijiet u mhux ir-rabtiet familjari, u għalhekk l-isem tal-ktieb.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s