x’tiftakar?

ricordare-i-sogni

San Ġwann fil-Vanġelu jindirizza żewġ problemi li għandhom x’jaqsmu mal-ewkaristija: tieħu sehem mingħajr ma taf min hu Ġesù u tieħu sehem mingħajr ma’ turi l-fidi tiegħek fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. L-ewwel aspett jitkellem fuqu f’din is-silta li għandna quddiemna u t-tieni aspett jitkellem fuqu iktar tard f’kapitlu 13 – ħasil tar-riġlejn.

  1. Memorja – ftakar

L-ewkaristija hija tifkira tal-passjoni u l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù…fl-ewwel qari Mose jkellem lil poplu u jħeġġu biex jiftakar (ftakar l-ewwel kelma li jgħid Mose lil poplu f’din is-silta) fil-mixja kollha li mexxieh il-Mulej – niftakru fil-mixja li mexa magħna l-Mulej sa issa… fil-Bibbja il-kunċett tal-memorja (zikaron) huwa iktar minn ftakar imma huwa qabel xejn ġġib preżenti dik l-esperjenza kif ukoll tiskoprih mill-ġdid u tgħix b’tiġdid. Nirriflettu flimkien… min jien sa issa? X’għamel Alla għalija? Fhiex tfakkarna?

  • Ċokon – fraġilità

L-ewkaristija tfakkarna fiċ-ċokon tagħna – iċ-ċokon t’Alla li jinżel fil-qalb tagħna kull darba li nirċevuh. Kemm niċċekken quddiem l-oħrajn? Kif qiegħed nilqa’ l-ewkaristija? Bi dritt jew bħala għotja li ġejja mingħand Alla? L-ewkaristija mhiex xi rigal għal dawk li huma tajbin imma qawwa u saħħa għad-dgħajfin.

  • Presenza

L-ewkaristija tfakkarna fil-presenza t’Alla f’kull esperjenza tal-ħajja tagħna – kemm ta’ diffikultà kif ukoll ta’ barka u sbuħija. Alla li jinsab preżenti l-ħin kollu. Kif tiftakar fl-ewkaristija fil-ġurnata?

  1. Ġuħ – tfittxija

X’inhi l-esperjenza ta’ meta jaqbadna l-ġuħ? Ta’ tfittix għall-ikel!! Il-Mulej illum qiegħed jgħidilna li l-ikel li nieklu biex naqtgħu l-ġuħ mhux biżżejjed imma hemm ġuħ ieħor li jinqata biss bl-ewkaristija..

Ħafna nies fi żmien Ġesù kienu jmorru għandu biex jaqtgħalhom il-ġuħ li jixtiequ huma, imma il-Mulej permezz tal-ewkaristija ma jaqtgħalniex il-ġuħ ta’ dak li nixtiequ aħna imma il-ġuħ tal-verità, tal-onestà – niġu wiċċi imb’wiċċ mar-realtà tagħna, mal-fraġilità tagħna.

Ġieli għixt dawn il-mumenti ta’ tfittxija profonda fil-ħajja tiegħek? X’kien dak li qatagħlek il-ġuħ?

  1. Ħajja

Fil-Vanġelu Ġesù jitkellem mill-ewkaristija bħala sors ta’ ħajja u tama. Minn dejjem il-bniedem kien ifittex il-ħajja, għax il-ħajja ma tiġix minnek innifsek imma minn xi ħaġa oħra, li hija l-ewkaristija. Fil-ħajja tiegħek kif kienet sors ta’ ħajja l-ewkaristija? Għaliex? Hija wkoll stedina għalina biex nkunu ewkaristija għall-oħrajn – l-ewkaristija li tagħti l-ħajja fejn hemm id-dlam u l-qtiegħ il-qalb.

fr. Terence Spiteri osa

INT Ewkaristija

friendsbreakbread

Darba l-Papa Benedittu kien qal:

Ewkaristija li ma tgħaddix għall-prattika konkreta tal-imħabba hija xi ħaġa essenzjalment framentata.

 Aħna ma niġux hawn biex niċċelebraw l-Ewkaristija għax hija xi tradizzjoni. Niġu hawn għaliex l-Ewkaristija tatina l-qawwa naffrontaw bi mħabba dak kollu li niltaqgħu miegħu. L-Ewkaristija mhux ċelebrazzjoni sabiħa u daqshekk.  Fil-fatt m’hemmx Ewkaristija bla kumpassjoni u bla ma naqsmu ma’ l-oħrajn.

Ewkaristija hija għotja. F’kull ċelebrazzjoni Ewkaristika Ġesù jingħata lill-Missier għalina. Jingħata għalina, biex anki aħna nistgħu nissieħbu miegħU, u lil Alla noffrulu ħajjitna, ix-xogħol tagħna, il-ferħ tagħna u d-dwejjaq tagħna…, noffrulu kollox f’sagrifiċċju spiritwali. Għotja miż-żewġ naħat.

Hija qadi. Hija l-ħasil tar-riġlejn bħalma għamel Ġesù, bħala eżempju għad-dixxipli tiegħu. U meta naħslu riġlejn xulxin, inkunu Ewkaristija ħajja mibnija fuq l-Ewkaristija. Naħslu riġlejn xulxin ifisser nilqgħu lil xulxin, naċċettaw lil xulxin, ninħabbu, naqdu wieħed lill-ieħor.  Ifisser naqdi lill-fqir, il-marid, l-imwarrab, lil dak li narah antipatiku, dak li jdejjaqni, tat-‘tribu’ l-ieħor. Mhux bill-kliem, jew bit-teorija, imma bil-fatti.  Mhux bil-moħħ, imma bil-qalb.

L-Ewkaristija tistedinna naħsbu f’ħutna l-foqra u għall-ħaddieħor…dak il-ħobż spiritwali jinqasam għal ħobż materjali. U għalhekk kull fejn inkunu ser inkunu “Christophers” jiġifieri “dawk li jġorru lil Kristu”, f’kull sitwazzjoni. Inkomplu ngħixu din l-Ewkaristija kull fejn inkunu, Fejn? fl-Iskola, Fejn? fid-Dar, Fejn? Fuq il-post tax-xogħol, Fejn? fil-familja, Fejn? Quddiem sitwazzjonijiet ta’ solitudni, dwejjaq, uġieħ, mard, Fejn? waqt ir-rekreazzjoni, fuq fb,…Tkun nisrani jimplika b’xi mod li f’isem Ġesù tagħmel xi ħaġa għall-oħrajn, anke jekk żgħira, għaliex intom il-melħ tal-art, l-melħ li bil-kwantità żgħira huwa l-importanza. U hekk hija l-ħajja tagħna.

Is-sabiħ li issir Ewkaristija INT…tinduna li qed issir Ewkaristija int meta tibni l-imħabba, l-mogħdrija, il-maħfra, il-ġustizzja, is-solidarjeta, il-qadi, tirrispetta li oħrajn, tagħti merħba/tbissima, tkun twajjeb mhux żorr…u l-bqija. L-Ewkaristija ma hix xi ħaġa privata li tgħalaqna f’dawn l-4 ħitan, imma trid tkun miftuħa għal oħrajn.

fr. David Cortis osa

Titħajjar tiġi warajja? – Ġesù

1934bf8ec4b663688cd6ab9472f6b9bfRelazzjoni ma’ Ġesù – Ġesù jitkellem magħna

Il-Mulej li jitkellem fil-ħajja tagħna…b’mod normali mingħajr trombi:

Jistedinna biex nimxu warajh:

  • bil-persuni li niltaqgħu magħhom,
  • bil-Bibbja li hija l-kelma tiegħu
  • bit-talb personali tagħna
  • bl-ewkaristija
  • bis-sagramenti b’mod qawwi fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni
  • jitkellem bl-esperjenzi tagħna,
  • jitkellem fil-ferħ tagħna, fit-tama, fil-ħolm, fil-qadi tagħna
  • jitkellem fil-mumenti ta’ dlam, diffikultajiet, qtigħ ta’ qalb

 

Nirriflettu: aħna kif nitkellmu miegĦu? Kemm nagħtu kas ta’ dawn il-mumenti li fihom jitkellem il-Mulej fil-ħajja tagħna? Nixtieq niltaqa’ iktar miegĦu?

Ġesù isejjaħ u jistieden għal relazzjoni personali u profonda – Ejjew warajja. Ma jippreżentalhomx xi sett regoli, xi programm jew xi katekeżi…imma jistedinhom biex b’mod mill-aktar sempliċi jimxu warajH.

Jistedinhom biex jaqsmu miegħu ħajjithom – dak ifisser li ssir tafu, il-ħajja tiegħi naraha fid-dawl tal-preżenza tiegĦu.

Bidliet fil-ħajja

F’din is-silta naraw diversi bidliet li jseħħu:

  1. Bidla tal-post – Ġesù jagħżel li jmur joqgħod Kafarnahum, post li jagħtih sigurtà u faċilità fil-missjoni tiegĦu. Liema huwa l-post tiegħi li nixtieq nibdel f’ħajti? Fejn sibt postok?
  2. Bidla fil-missjoni – Ġesù li jkun ċar fil-missjoni tiegħu: jibda jxandar is-Saltna tas-smewwiet. Liema kienu dawk il-mumenti li tqishom bħala turning points fil-ħajja tiegħek? Minn meta ħassejt li ħajtek bdiet tagħmel iktar sens?
  3. Bidla fl-attitudni/perspettiva ta’ kif iwassal min hu Alla – minn Alla tal-biża għal Alla mimli mħabba. Meta smajt dak il-leħen f’ħajtek – Alla li jħobbok? X’kien ifisser għalik? X’bidla ħalla fik? Min hu Alla għalik?
  4. Bidla fix-xogħol tal-aħwa Xmun u Indri flimkien ma’ Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni. Ftakar f’xi esperjenzi li fihom kont involut/a f’xi proġett kbir, jew f’xi missjoni partikolari li ħalliet esperjenza sabiħa fik u fl-oħrajn. Tixtieq terġa’ tieħu sehem f’xi ħaġa oħra simili? Liema missjoni taħseb li qiegħed isejjaħlek għaliha?
  5. Bidla fil-prioritajiet tal-ħajja – iħallu kollox u jimxu warajH. X’tixtieq tħalli biex timxi warajH? X’inhu jżommok lura minn dan il-pass? Tixtieq tkun ħieles?

fr. Terence Spiteri osa

5. Value

value-proposition.jpg

5. Value – Of the many projects and careers you are interested in, which of them are really worthwhile? Which allow you to contribute to something that is not just a waste of time? What do you actually believe in and want to promote?

This doesn’t mean you have to choose a ‘religious’ or ‘charitable’ work – as if all the ordinary jobs people do in the world are a second-best option for Christians, but you have to have some sense that you believe in what you are doing. Put it the other way round, you should avoid any choices that take you into an area that is corrupt or immoral, and above all avoid any wrongdoing yourself.

How to Discover your vocation – Stephen Wang

vjaġġ mis-suppervja għall-umiltà…

istock_000019357627xsmall.jpg

Hemm vjaġġ li kollha kemm aħna għandna nagħmlu – dan huwa l-vjaġġ li mis-supervja ngħaddu għall-umiltà.

Ħa naraw aspett li wkoll rajnih fl-Evanġelju – il-farizew li jafda fih inifsu li huwa tajjeb u fl-istess ħin imaqdar lil ħaddieħor….Iċċentra fuqu inifsu li huwa biss tajjeb u jiġġudika lil oħrajn b’mod negattiv fuq bażi esterna…Imma Alla jħares lejn il-qalb u jara stampa differenti. Kemm jiġrilna li kważi nixxukjaw ruħna meta niskopru li persuna hija differenti mill-istampa negattiva li kelli tal-ewwel  impressjoni tiegħi.

Kemm jiġri li drabi jkollna element ta’ difiża fir-relazzjonijiet tagħna ma’ xulxin. Xi drabi ma nħallux li ħaddieħor jara kif naraw lilna nfusna. Drabi oħra niltaqgħu ma xi ħadd li nkunu open ħafna u nkunu nafu li ser inkunu aċċettati.

Umiltà, umiljazzjoni, low self-esteem: ħafna drabi f’moħħna u fis-sentimenti tagħna nħawdu dawn il-kunċetti. Fil-passat, l-umiltà kienet milqugħa mill-umiljazzjoni  – xi ħaġa li għamlet tant ħsara.  Ukoll xi drabi low self-esteem – l-għerq ta’ ħafna problemi u addictions – kienet tkun mħawdha mal-umiltà. Umiltà veru huma eżerċizzju ta’ verità fuqna nfusna. Jekk aħna qegħdin saqajna mal-art fl-eżistenza tagħna, imbagħad irridu nkunu onesti f’appraisal tagħna li filwaqt li naffirmaw it-tajjeb tagħna, nirrikonoxxu bil-kuraġġ id-djugħfija tagħna. Umiltà tmur ma li aħna umani. Għalhekk naffirmaw id-doni li għandna, niffirħu bihom, u nkunu onesti u nkunu nafu l-istorja kollha u mhux biċċa. Kif jgħid Santu Wistin – tlett affarijiet huma meħtieġa għal vjaġġ – l-ewwel l-umilta, it-tieni l-umilta, it-tielet l-umilta…u l-umilta li tirrikonoxxi dak li int.

Umiltà – il-qdusija ma hix xi ħaġa li tiksibha fuq il-prattika perfezzjonista tiegħek u magħluqha mill-oħrajn – imma għall-kuntrarju hija ħajja mgħejxa f’solidarjetà mal-batut.

Alla jippreferi l-umiltà, fejn hija kundizzjoni biex nesperjenzaw il-ħniena li tiġi biex timla’ l-vojt tagħna. Jekk it-talba tas-supperv ma tasalx fil-qalb t’Alla, l-umiltà tal-fqir tiftaħ il-qalb beraħ. Alla jħobb l-umli. Quddiem qalb umli, Alla jiftaħ beraħ il-qalb tiegħu. Narawha din ukoll fl-episodju tal-Verġni Marija fil-Magnificat.

Mhux ħareġ biex jitlob lil Alla, imma ma marx biex jitlob lil Alla, imma biex jfaħħar lillu nnifsu – S. Wistin.

Lil dawk miżżewġin friski jew li ser jiżżewġu fi ftit xhur oħra, nħeġġuhom biex jersqu ta’ spiss lejn it-talb, biex jinbnew fi Kristu, biex ikunu familji nsara mimlijin bl-imħabba tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù.

fr. David Cortis osa