Silta li tkellimna fuq il-maħfra. Lkoll rċevejna xi azzjoni ħażina fejn weġġajna u fejn sibna li naħfru lil xulxin hija xi ħaġa diffiċli.
Ġesù jfakkarna li l-maħfra hija waħda mill-marki li tagħmilna dixxipli veri tiegħu. Li taħfer ma hix xi magic, jew xi automatic switch. Hemm proċess ta’ fejqan. Hemm bżonn nitolbu għaliex it-talb inissel fina l-Ispirtu ta’ Ġesù, li hu spirtu ta’ ħniena u ta’ maħfra.
Il-maħfra hija diffiċli. Probabilment naħsbu li Pietru kien verament ġeneruż meta issuġerixxa li jrid jaħfer lil sieħbu sa 7 darbiet. Imma Ġesù jimbotta dan kollu u jgħid mhux sa’ 7 darbiet imma sa 77 darba – fil-prattika b’mod infinit. Nistgħu narawha bħala xi ħaġa idealista u mhux prattika. Imma jekk nirrifflettu ftit, din tgħinna biex nirrealizzaw li ma hemmx alternattiva oħra għan-nisrani u għal persuna verament umana li taħfer b’mod infinit.
Hemm differenza bejn taħfer u tinsa. Ħafna drabi ngħidu aħfer u insa. Tinsa ma tistax (għaliex ma tistax tħassar dak l-avveniment minn ħajtek)…tintegrah iva, tagħmlu parti minnek iva, taħfer iva u hemmhekk tkun qed timxi livell differenti, li qiegħed tirrikonċilja u tqis lil bniedem ieħor bħala uman.
Fil-fatt li taħfer fis-sens sħiħ nisrani huwa forma ta’ imħabba u ta’ caring. Il-problema hija li l-azzjonijiet tal-persuni kontrina narawhom bħala attakk fuq il-vulneribiltà tagħna u fuq s-self esteem. Nispiċċaw kompletament ossessjonati għal dak li qed jiġrilna u ma nieħdux il-ħin u nirriflettu x’hemm wara l-behaviour tal-persuna l-oħra.
Għalhekk hemm bżonn ta’ rikonċiljazzjoni – magħna nfusna, mal-oħrajn u ma’ Alla. It takes two to tango. Li wieħed jitlob u wkoll li jirċievi r-rikonċiljazzjoni. B’Alla fis-sagrament tar-rikonċiljazzoni, u wkoll man-nisrani individwali, il-maħfra hija dejjem available imma biss meta wieħed ifittex li b’mod mutwu jfejjaq il-feriti. Hemmhekk ikun hemm ix-xewqa li jkun hemm bidla fil-moħħ u fil-behaviour u li tpoġġi wkoll fit-tmiem il-mod tad-dnub.
fr. David Cortis osa