Itlobni x’nagħtik

WaystoGive_DiamondChildrens.jpgHekk qallu Alla lil Salamun, li kien Re żgħażugħ. “Itlob x’nagħtik”.

  • Hija mistoqsija li Ġesù wkoll jistaqsi xi drabi fl-Evanġelji.
  • Hija mistoqsija li jistaqsi lili llum.
  • Kif ser nirrispondi?
  • X’irrid li jkolli jew li nkun bħalissa?

Nistgħu nobsru b’mod tajjeb ħafna minn nies, inklużi aħna, x’nixtiequ nitolbu. Għal ħafna hija xi ħaġa marbuta mal-flus jew ma’ xi sigurtà materjali. Għalkemm uħud ukoll quddiem mistoqsi bħal din jitħawdu u ma jkunux jafu kif jaqbdu jwieġbu – għaliex lanqas huma ma jkunu jafu x’jridu fil-ħajja tagħhom.

X’talab Salamun lil Alla?

Agħti, lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex

  • jifhem,
  • biex jista’ jmexxi l-poplu tiegħek, u
  • jagħraf it-tajjeb mill-ħażin

 

Huwa talab għall-għerf u d-dixxerniment. 2 kelmiet li nisimgħuhom imma li jistgħu jħwaduna. L-għerf huwa ħafna iktar milli taf ħafna affarijiet jew li għandek xi degree minn xi università prestiġjuża. Li tkun mimli bil-għerf hija ħafna iktar milli tkun biss persuna tajba moralment. L-għerf veru huwa li tagħraf dak li huwa verament l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja, xi skop u għan għandha l-ħajja, u verament li huwa imporanti. Nifhmu verament il-wellbeing tagħna fejn qiegħed u fejn hu l-ferħ tagħna. Din hija l-gawhra, dan huwa t-teżor. X’inhu l-ferħ tagħna? Li nobdi l-liġi biss? Li nisker, jew nieħu xi droga, jew nitbaħrat?

Salamun ma talabx għall-rikezza, jew għal poter. Huwa ma talabx xi ħaġa biss biex ikollu xi ħaġa, jew biex ineħħi xi ostaklu mill-ħajja tiegħu. Huwa talba biex ikun jista’ jara/jifhem. Għalhekk fl-Evanġelji għandna diversi fejqan ta’ persuni għomja u ta’ dawk li ma jaraw. Il-veru dixxiplu huwa dak li jitlob lil Ġesù “Mulej, agħmel li nara”. Dak li jara huwa dak li għandu l-għerf. Dak li għandu l-għerf jaf kif jgħix mas-sitwazzjoniet tal-ħajja, kemm dawk faċli u dawk diffiċli, kemm ta’ ferħ u ta’ tbatija.

Dan huwa dak li talab Salamun u dak li tah Alla. Dan huwa t-teżor moħbi f’għalqa li tbiegħ kulma jkollok biex tixtri dak. L-abiltà li tara huwa dak li jiftah il-bieb għas-Saltna t’Alla – relazzjoni bejn Alla, l-bniedem u d-dinja fejn hemm l-imħabba, l-care, l-ħelsien, il-paċi, il-ferħ, is-sigurtà.

Ħafna drabi fil-ħin tagħna niġru wara teżori foloż – dawk tal-flus, ta’ status u ta’ pjaċir. Ħafna drabi maqfulin fil-passat tagħna – mimli nostalgia, regrest jew inkella iffukat fuq il-futur, mingħajr ma ngħixu l-preżent u l-preżent jgħaddi mingħajr ma niskopru l-gawhra prezzjuża.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s