Għalfejn qiegħed ngħix?

13-ask-why-IMG_8014.jpgXi skop fiha l-ħajja?

X’nixtieq fil-ħajja? F’hiex l-iktar li qiegħed inpoġġi l-impenn tiegħi? Dawn il-mistoqsijiet jisfidawna biex ninżlu iktar fil-fond tal-ħajja tagħna.

Lkoll nafu li m’humiex mistoqsijiet faċli u jista’ jkun li nibżgħu naffrontawhom u nirrisponduhom, jista’ jkun ukoll li l-kultura tal-lum tħeġġiġna iktar għal ħajja iktar superfiċjali imma ħafna minna nirrealizzaw li qegħdin nitilfu ħafna mill-iskop tal-ħajja. X’inhu t-teżor tiegħek?

X’sens fiha l-ħajja? X’jagħmel il-ħajja sabiħa? Ir-raġel tal-parabbola tal-lum kien qiegħed ifittex dan kollu – dar u qalleb l-għalqa kollha (bħalna fil-ħajja tagħna) biex isib ftit ferħ. Ġieli nfittxuh fis-suċċess, fil-kumdità, fil-flus, fl-unuri, fil-poter eċċ. Imma x’jiġri? Bħal donnu ma nkunux mimlijin, inħossuna vojta minn ġewwa…xi ħaġa iktar..nibqgħu nfittxu fl-għalqa imma ma nsibux il-ferħ veru tal-ħajja.

Sibnih!

Jiġrilna ukoll li f’daqqa waħda qisu bħar-raġel tal-parabbola, nsibu t-teżor f’rokna mwarrba u nifirħu għax inħossuna fil-paċi u kuntenti. Kif ser jagħmel dan ir-raġel biex jikseb it-teżor? Irid jixtri l-għalqa għax mhux ser isib it-teżor lest fuq xi gradenza. Kull teżor (paċi veru u ġewwinija) iġib miegħu għalqa sħiħa (b’dak kollu li jkun fiha – xewk, għollieq, blat, żonqor, ħaxix ħażin u velenuż, art iebsa…)

Jekk trid issib tassew sens fil-ħajja, trid tagħraf x’inhu l-essenzjal.

Dan huwa dak li talab Salamun lil Alla – moħħ li jagħraf it-tajjeb mill-ħażin.

Malli nkunu sibna t-teżor, kull sagrifiċċju jieħu forma oħra, kull prezz isir irħis. Il-prioritajiet jinbidlu u l-flus,  ftit pjaċir, gost fuq l-internet, politika eċċ ma jibdew jiswew xejn.

Għixu! Aqsmu

Din hija l-esperjenza ukoll ta’ kull min isib dak li Alla jixtieq minnu fil-ħajja – vokazzjoni kemm għal saċerdot, reliġjuż, ħajja miżżewġa, single. Meta niskopri u nagħraf li x-xewqa tiegħi taqbel mal-pjan li Alla għandu għalija inħossni nimtela bil-ferħ.

U x’inhu dan it-teżor? Huwa Alla imħabba. J’alla niskopru li hemm fil-fond ta’ qalbna, taħt il-ħamrija u t-tbatijiet tal-ħajja hemm Alla jistenniena b’tgħanniqa kbira, jistenna biex inħollu l-qafla tal-biżgħat u l-egoiżmu tagħna u b’hekk dan il-ferħ jisplodi u jinxtered f’ħajtu u fil-ħajja tal-oħrajn.

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s