Agħti l-pass!

8%20steps%20to%20ace%20the%20EPSO%20case%20study.jpgGħandek paċenzja? Lesti tħalli l-qamħ u s-sikrana jitilgħu flimkien bħal bidwi fil-parabbola?

Paċenzja

Xi drabi bħal donnu naraw biss in-negattiv fina tant li ma jħallinix naraw it-tajjeb u l-pożittiv li hemm fina…naqtgħu qalbna. Jista’ jkun ukoll li nkunu rridu lil kulħadd perfett kif jaqbel lili u min mhux skont il-kriterji tiegħi nwarrbu, nneħħiħ minn ħajti. Għalfejn jiġrilna hekk? Għax ma naċċettawx li aħna lkoll dgħajfin, imma mhux biex naqtgħu qalbna imma biex inkunu konxji tad-dgħufija u naħdmu fuqha. Ħadd m’hu perfett mis-sema l’isfel!

Ġieli għixt l-esperjenza ta’ meta aċċettajt id-dgħufijiet tiegħek u ħdimt fuqhom, tgħallimt u mxejt fil-ħajja u l-fidi tiegħek, jew meta staqsejt fuq il-fidi jew tkellimt ma’ xi ħadd li jista’ jgħinek imbagħad erġajt skoprejt min int minkejja d-dgħufijiet tiegħek?

Ħniena

Fl-ewwel qari il-paċenzja u l-ħniena t’Alla tidher ċara fl-akkumpanjament tiegħu ma’ dawk li ma jemmnux fil-kobor tiegħu u ma’ dawk li jeħduha kontra Alla. Kemm ilek ma tħoss il-paċenzja tal-Mulej miegħek fil-ħajja?

Is-silta tal-Evanġelju tal-lum inkitbet f’sitwazzjoni fejn il-komunita’ ta’ dak iż-żmien kienet qed tistaqsi x’tagħmel b’dawk il-persuni li jiffurmaw parti mill-komunità imma fl-istess ħin mhux bħal bqija minħabba xi nuqqasijiet li jkunu għamlu u qegħdin jgħixu? U kif timxi ma’ dawk il-persuni li ma jipparteċipawx biżżejjed?

Ospitalità – Akkoljenza

Ir-risposta għal din id-domanda hija ċara mill-parabboli ż-żgħar li jissemmew. Qabel xejn hija risposta ta’ kuraġġ kbir għax it-tliet parabboli: żerriegħa t-tajba u s-sikrana, żerriegħa tal-mustarda u tal-ftit ħmira, kollha jwasslu l-messaġġ ta’ kuraġġ u paċenzja imma fuq kollox ta’ tama li l-affarijiet ser jinbidlu.

Il-parabbola taż-żerriegħa u s-sikrana tħeġġiġna biex ma nkunux nies elitisti li neskludu lil ħaddieħor. L-ewwel reazzjoni tkun li tneħħi l-ħażin (kemm minnek kif ukoll mill-oħrajn) imma nafu li dan mhux possibbli u għalhekk jirrikjedi ħafna paċenzja għax li tneħħi l-ħażen mill-bniedem ifisser li teqred il-bniedem. Is-sikrana għandha l-għeruq tagħha b’saħħithom li jwasslu ‘l bogħod u allura jekk taqlagħha ifisser li ser taqla’ ukoll iż-żerriegħa t-tajba. Il-kelma sikrana ġejja mill-ebrajk zun-zunim mill-verb zanah li tfisser prostituzzjoni, cioe l-ħażen jipprova jwaqqgħana f’xi ħaġa li hi kontrina u jinħeba f’xi ħaġa li tidher sabiħa.

Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda li ssir siġra li tilqa’ għasafar – messaġġ ta’ ospitalità – il-knisja m’hiex għal perfetti, il-komunità nisranija tilqa’ lil kulħadd mingħajr differenzi – Kemm qiegħed nilqa’ iktar lil min għaddej minn sitwazzjoni ta’ diffikultà.

Il-parabbola tal-ħmira hija sabiex aħna nkunu nies li nibdlu s-soċjetà mill-ftit tagħna – fil-familji, komunitajiet, post tax-xogħol eċċ..ma nippretendux li ser jinbidel kollox minn fuq imma permezz tax-xhieda u l-għażliet tagħna nistgħu nkunu ħmira.  Ġesti żgħar, kliem ta’ kuraġġ, akkumpanjament eċċ.

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s