Tħossok tagħżaq fl-ilma?

sow seed IRRI Images 2 flickr

Min jaf kemm-il darba nħossni qiegħed nagħżaq fl-ilma! Kollu għalxejn, ma narax progress u riżultati f’dak li qiegħed nagħmel. Dan huwa parti mill-proċess diffiċli u iebes taż-żrigħ.

Fil-ħajja xi drabi nħossu li dak li żrajna (dak li nkunu ħdimna u stinkajna għalih) waqa’ mal-mogħdija (intilef u ma ħalliex impatt), oħrajn waqgħu fil-blat (baqa’ bla ħajja) filwaqt li oħrajn waqgħu qalb ix-xewk (spiċċaw bla ħajja, fgati). Din hija l-esperjenza tal-ħajja tagħna u tal-missjoni tagħna bħala insara li nwasslu lil Alla permezz tax-xhieda u l-ħajja tagħna.

Imma dan kollu m’għandux jaqtgħalna qalbna għaliex nafu li l-frott taż-żerriegħa li niżirgħu mhux qiegħed f’idejn imma f’idejn Alla. Din hija l-qabża li l-Kelma t’Alla llum tħeġġiġna nagħmlu; li nħallu dan kollu f’Alla.

Qalb il-qtigħ il-qalb, id-diffikultajiet, intoppi, xewk, distrazzjonijiet, blat eċċ, il-Mulej ikabbar il-frott fiż-żmien opportun, żmien li m’għandniex kontroll fuqu u mhux bħal tagħna.

Il-Mulej illum jixtieq ikompli jħeġġek tiżra, u taħdem fl-għalqa tiegħu. Jixtieq jerġa’ jgħidlek li hu qiegħed jaħdem miegħek ukoll, lest tkompli tħallih jgħinek fil-missjoni tiegħek?

 

Fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s