“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni”

different-hands-together1.png

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni”

Vers wieħed u 4 kelmiet l-istess: tilqa’. Li tilqa’ persuna jfisser li turi ospitalità. L-ospitalità hija l-proċess fejn wieħed barrani jkun taħt il-protezzjoni għall-ċertu żmien, u biex jimxi ‘l quddiem mill-protezzjoni bħala ħabib jew għadu. B’eżempju tajjeb li wieħed jirċievi ikun hemm reċiproċità f’dan it-trattament tajjeb.

Ġesù dejjem laqa’ lil dawk li resqu viċin tiegħu, b’mod speċjali l-morda, l-midinba u dawk mwarba mis-soċjetà. Huwa qalilna li dak li “min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni”. Ġesù tkellem ħafna li nilqgħu lil persuni l-oħra. Imma wkoll fl-istess ħin ipprattika dak li qal.

Meta midinba bħal Mattew u Żakkew laqgħu lil Ġesù għall-mejda jew fid-dar tagħhom, dan għamluh għaliex l-ewwel ħassewhom milqugħa minn Ġesù. Dan kollu biddel il-ħajja tagħhom. Kull laqgħa tagħna ma’ Ġesù tbiddilna ħajjitna. Li tilqa’ lil ħaddieħor huwa aspett importanti fl-evanġelizazzjoni. Xi drabi, anke sempliċi kelma, jew tbissima tkun biżżejed biex tgħin lill-persuni tħossha milqqugħa u aċċettata.

Il-valur u l-esperjenza li wieħed jilqa’ lil ħaddieħor huma prova ta’ spiritwalità awtentika. Li tilqa’ jfisser li ma tkunx indifferenti. Hija xi ħaġa spiritwali, mnebbħa mill-ispirtu tal-imħabba. Din hi għażla li tkun preżenti b’passjoni fil-problemi, fil-kontradizzjonijiet, fl-esperjenzi kruċjali u fit-tama sħiħa tal-umanità. Din l-għażla li tilqa’ hija għażla deċisiva.

U aħna kif qegħdin nilqgħu? F’li nilqgħu lill-imwarrab li hu miġruħ fil-ġisem, u f’li nilqgħu lill-midneb li hu miġruħ fir-ruħ, tinsab il-kredibilita tagħna bħala nsara.

U għalfejn nilqgħu lil kulħadd, u mhux xi uħud? Nilqgħu lil kulħadd biex noffru l-esperjenza tal-preżenza t’Alla u tal-imħabba għal ħutna. Fl-evanġelizzazzjoni tinħass b’mod qawwi l-ħtieġa li nilqgħu lill-oħrajn, li nkunu qrib tagħhom, għax dan hu wieħed mill-ewwel sinjali tal-komunjoni li aħna msejħin  biex nixhdu għax fil-ħajja tagħna ltqajna ma’ Kristu.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s