Nilqgħu lil oħrajn

blogger-image--445151484

Kemm jien akkoljenti?

Li tkun akkoljenti, ma jfissirx biss li tagħti xi ħaġa milli għandek, jew xi kultant minn dak li ma tridx jew m’għandekx x’tambih imma fuq kollox tagħti lilek innifsek.

Fl-ewwel qari, din il-mara għanja offriet l-akkoljenza lil Eliżew f’Sunem. Sunem jinsab ftit ‘il bogħod mill-għolja tal-Karmelu u ma kienx hemm xi bżonn partikolari li jieqaf jiekol u jistrieħ għandha. Imma hi għax emmnet f’dan il-valur offrietlu jibqa’ għandha u saħansitra offrietlu għorfa mgħammra b’kollox (deskrizzjoni eżawstiva għal dak iż-żmien!)

Il-limitazzjonijiet tiegħi ma jtelfux l-għotja

Din il-mara għanja m’għandhiex tfal u r-raġel tagħha xih. Żewġ diffikultajiet kbar għaliha: bla tfal u allura fil-mentalità Lhudija hija nuqqas kbir u r-raġel tagħha xiħ, bil-possibilità li ma jistax ikollu iktar tfal. Dan il-qaddej jgħaddi kelma lil Eliżew u jgħidilha li se jkollha iben is-sena d-dieħla.

Il-mara bħal donnha ma tkunx trid taċċetta għax taħseb li hija ħolma imma imbagħad l-awtur tal-ktieb tas-slaten jgħidilna li kellha tifel. Dan Alla li jroddilha dak li kienet tagħmel mal-profeta Elizew.

  Lest terfa’ s-salib u titlef ħajtek?

Kif qiegħed nagħti lili nnifsi lil oħrajn? X’nista’ nagħmel biex noffri ħajti għall-oħrajn? fil-Vanġelju San Mattew iħeġġiġna biex nagħmlu prioritajiet.

Xi jfisser dan kollu? Li terfa’ s-salib (sinjal fuq il-moħħ fil-kultura Lhudija) f’dak iż-żmien kien qabel xejn is-simbolu tal-għotja iktar milli xi sinjal mażokista jew xi ħaġa li tgħakksek. Hawnhekk Kristu ma kienx qiegħed jirreferi għas-salib tal-passjoni imma bla ebda dubju kemm lejn is-sagrifiċċju li l-appostli ser jagħmlu biex iwasslu l-messaġġ ta’ Kristu. Kristu ma jridx jeqred il-ħajja jew jillimita l-bniedem imma jħeġġeġ għall-għotja totali mingħajr lilmiti u kompromessi. Lest li tkompli tkun ta’ xhieda mingħajr kompromessi?

Mill-egoċentriżmu għal ħelsien

Min irid jimxi wara Kristu (s-simbolu tas-salib) u jkun meħlus huwa imħeġġeġ li jagħmel il-qabża mill-egoċentriżmu għall-għotja lil Kristu u lil dawk kollha li fihom nara lil Kristu. Meta ngħin lilek u nkun qiegħed ninħeles minn dan l-ispirtu ta’ egoiżmu u allura nkun qiegħed insir naf iktar lili nnifsi għax mhux kollox jibqa’ jdur miegħi.

B’dan il-mod is-salib ikun is-sinjal li jien jimpurtani mill-ieħor għax responsabbli ukoll mil-qawmien u s-salvazzjoni tiegħu fil-ħajja. Kemm qiegħed nagħti kas ta’ ħaddieħor b’dan il-mod? Jew nara biss sal-ponta ta’ mnieħri?

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s