It-Trinità

b8d54de2ebca0df593fca86e91930823.jpgIl-festa tat-Trinitá qaddisa tistedinna biex l-affarijiet ta’ kuljum ikunu bħal ħmira ta’ komunjni, ta’ konsolazzjoni u ta’ ħniena.

It-Trinità hija familja ta’ 3 persni – li qatt ma hija magħluqa fiha nfissha, imma hija miftuħa għall-oħrajn.

  • Alla l-Missier li jikkrea/joħloq
  • Alla l-Iben li jsavla
  • Alla l-Ispirtu s-Santu li jigwidana għal sitwazzjonijiet ġodda fil-ħajja tagħna bl-għajnejn ta’ Ġesù, u fl-istess ħin miftuħa għal dawk li jkun qed jiġri u għall-futur. L-Ispirtu s-Santu jieħu ħsieb il-weġgħat umani mill-inġustizzja, mill-oppresjoni, mibgħeda u mir-rebgħa.
  1. Il-Missier li jfittixni
  2. L-Iben li jsalvani
  3. L-Ispirtu s-Santu li jgħallimni

Alla l-Missier – Huwa qed viċin tagħna, jieħu ħsiebna, jħobbna, jħarisna. Huwa dak li nistgħu nduru lejn fiż-żminijiet is-sbieħ u l-koroh,..lest li jismgħana, dak li jixtieqilna l-ġid.

Issa l-Missier Alla mhux qed iħobbna mis-sema, imma issa Ġesù Alla qed jħobbna fi bniedem bħalna.  F’Ġesù, Alla qed verament magħna. Mhux waħdina, imma magħna. Jekk Alla huwa magħna, min jista’ jkun kontra tagħna?

L-Ispirtu li wkoll jgħina biex nimxu l-quddiem mingħajr biżgħat…jgħinna fid-djugħfijiet tagħna

Il-komunjoni tat-Trinità tilqana kollha kemm aħna, u tinkoraġinna biex ngħixu fl-imħabba u fil-qsir fratern, għaliex fejn hemm l-imħabba hemm Alla.

Il-fatt li aħna li aħna maħluqa fuq l-immaġini u x-xebħ t’Alla, jgħinna nifhmu lilna nfusna bħala persuni f’relazzjonijiet interpersonali ta’ solidarjetà u mħabba għall-oħrajn.

Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu jaħdmu fil-ħajja tagħna jekk aħna jkollna qalbna miftuħa. Lest li tiftaħ qalbek għall-Missier, għall-Iben u għall-Ispirtu s-Santu?

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s