niskandaljaw….

SF5Y033y0.jpgIl-Festa ta’ San Pawl, festa għal qalbna. Issa hawnehkk  għandna tempesta….u wkoll naraw kif minn tempesta ħareġ il-ġid.

Alla li nqeda bit-tempesta biex jiġi fostna l-Appostlu tal-Ġnus ħalli Malta titgħammed fi Kristu.

U naraw li t-tempesta hija laqgħa ta’ Alla magħna. Li Alla jaħdem ukoll permezz tan-natura, u li fit-tempesta jaħdem Alla…

U dan x’jrid jgħdilna? Li d-diżżapunti tagħna huma l-appuntamenti ta’ Alla.

 U għalhekk kemm hu mportanti li nirriflettu ftit fuq l-iebes, d-diffiċli, s-sorpriżi li jseħħu f’ħajjitna, d-daqqiet…U dan nirriflettu fuqhom mhux biex nieħdu gost bihom, jew li bihom biss jaħdem Alla…imma naraw jekk hemmx fihom xi pjan..xi għan. Xi kultant it-tempesti jqajjmuna mir-raqda u mill-medjokrità li nkun fiha, mill-loppju u mill-illużjonijiet…U l-Mulej dejjem jgħdiilna: La Tibżaw…nemmnu fiH.

U llum x’tempesti ninsabu fihom?

  • Forsi t-tempesta tal-immigranti…u li naraw li f’dawk iż-żminijiet laqgħuhom (u li kieku ma laqgħux kienet tkun storja differenti)…u kemm illum ukoll permezz ta’ din il-qalb miftuħa, anke jekk l-ewwel ikun hemm id-dubji, suspetti (kif rajna fit-tieni qari), meta hemm il-qalb miftuħa, hemm is-sorpriżi u dak li jidher li huwa tempesta li ser iġġorna, tkun xprun li tgħinna fil-ħajja tagħna.
  • Tempesti ta’ ċertu sitwazzjonijiet, u li jgħinuna ma nieħdux l-affarijiet forgranted.

 

San Gwann Krisostnu – Kemm għandhom għax jistħu dawk li jgħidu li ma għandekx tagħmel il-ġid lil min hu fil-ħabs! In-nies tal-gżira jgħallmuna kif tkun l-imġiba xierqa. Ma kinux jafu min kienu dawk li raw l-għarqa, iżda fehmu sewwa li huma wkoll kienu bnedmin. U għalhekk laqgħuhom bil-ħlewwa. Aħna qegħdin nilqgħu lill-oħrajn? Qegħdin nilqgħu bil-ħlewwa?

Kif smajna fit-tieni qari: Skandaljaw il-għoli tal-bahar.

Illum aħna wkoll msejħa biex nkejlu, niżnu u ngħarblu fejn qegħdin.

Nistgħu nsaqsuha bħala pajjiż….fejn qegħdin?

Nistaqsu wkoll minn aspett ta’ fidi…fejn qegħdin illum?

Hemm

  • dik tagħna bħala poplu: li nissaffew minn elementi wisq superstizzjuzi, folkloristici, tradizzjonali,
  • il-ħajja tagħna individwali….kemm qed inħalli lil Ġesù jmexxini hu..

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s