Kulħadd jixtieq li jkun ferħan…

images.jpg

Il-ġenituri jixtiequ l-aħjar għall-ulied u Alla wkoll jixtieq l-aħjar għalina. X’inhu l-aħjar għalina?

Kulħadd jixtieq li jkun ferħan. Alla jridna li nkunu ferħanin u ħalaqna biex inkunu ferħanin. Mela l-ferħ mhux il-mistoqsija. Il-mistoqsija hija kif niksbu l-ferħ?

Jekk nixtiequ nkunu nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, ma għandnix iħarsu lejn affarijiet oħra ħlief lejn il-Beatitudnijiet. U la nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, dawn il-beatitudnijiet jistednuna biex nimitaw il-qalb t’Alla. X’għandi nagħmel biex nimxu wara Ġesù? Qiegħed ngħix ta’ dixxiplu ta’ Ġesù?  Kif nista’ niddeċiedu x’jistenna minni Ġesù f’ċertu ċirkustanzi? Li nimxu wara Ġesù tibda mill-qalb, mill-attitudni tagħna u titpoġġa fil-prattika permezz tal-azzjonijiet tagħna. Fil-beatitudnijiet Ġesù jagħllimna x’inhuma l-attitudnijiet tan-Nisrani, fis-sitwazzjonijiet partikolari u konkreti.

Henjin il-foqra fl-ispirtu – mhux li ma jkollok flus, imma l-attitudni tiegħek li tafda f’Alla u mhux fik innifsek. Li aħna midinba u għandna bżonn l-għajnuna u l-ħniena t’Alla. Għax jista’ ma jkollox flus u ma tkunx fqir fl-ispirtu għax tiċċentra fuqek innifsek.

Henjin l-imnikta – hawnhekk jfisser – ħieni dak li ddispjaċut għad-dnubiet tiegħu u tal-oħrajn (kemm personali u wkoll tad-dinja, dawk soċjali eżempju abort, korrużjoni, qerq, etc)

Henjin dawk ta’ qalbhom ħelwa – huwa l-mod ta’ kif nimxu l-quddiem u mhux vjolenza bi vjolenza, tpattija bi tpattija, vendetta b’vendetta, ġlieda bi ġlieda.

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja – jfisser li aħna nirrispettaw lill-oħrajn..nirrispettaw id-dinjità tal-oħrajn. (min qed bla xogħol, min qed ibgħati inġustizzji, min jinsab abbużat fiżikament u emozjonalment, min tħalla waħda, u ħafna affarijiet oħra kontra d-dinjità tal-oħrajn)

Henjin dawk li jħennu – kulħadd jaf kemm hu diffiċli li taħfer lill-ħaddieħor. Ma jkunx hemm maħfra lejn oħrajn qabel ma naħfru lilna nfusna. Meta nżommu xi ħaġa ġo fina kontra xi ħadd, meta ma naħfrux, aħna ma aħnix liberi u lanqas ferħanin. Hemm xi ħaġa ittaqqalna.

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom  – hawnhekk mhux qed insemmu biss il-ħsibijiet impuri imma safi f’qalbek meta qed tgħix il-ħajja tiegħek skont dak li temmen. Jiġifieri ipparttika dak li temmen – mhux tirċievi l-Ewkaristija u toħroġ minn hawn tqaraq lil dawk u l-ieħor, tisraq it-taxxa, etc

Henjin dawk li jġibu l-paċi – aħna f’kull post fejn inkunu irridu nġibu l-paċi – nibdew minn fejn ngħixu – fin-nukliju ż-żgħir.

Henjin dawk li huma ppersegwitati – għax ikunu fis-sewwa. Jekk fil-verità taqa’ għal dawk li jridu min qed jippersegwitak u tikkuntentah fil-verità,fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx ferħan.

Għalhekk fil-qosor

Meta aħna foqra fl-ispirtu aħna konxi tad-dnub tagħna u nibku d-dnub tagħna. Meta nkunu nafu fil-qalb tagħna li l-vjolenza ma hix il-way forward imma nkunu ġentili u ta’ qalb ħelwa, u nkunu wkoll għatxana għal ġustizzja meta naraw il-vjolenza magħmula fuq oħrajn. Nagħmlu dan meta fil-ħajja tagħna naħfru lil dawk li jweġġgħuna. Jekk ma ngħixux il-fidi, ma aħnix safja f’qalbna, u ma nkunux ferħanin. U aħna dejjem irridu nwasslu l-paċi ta’ Ġesù lid-dinja wkoll lil dawk li jippersegwitawna għaliex meta naqgħu, dan qatt ma jġibilna l-ferħ veru.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s