Ħalli d-dgħajsa tiegħek….

boat.jpgJiena ta’ Pawlu. Jien ta’ Apollo. Jiena ta’ Kefa. Jiena ta’ Kristu. Jien mifrud? Jien ta’ min jien? Hija l-storja tal-bniedem. L-istorja tal-familji, tal-politika, tal-kunventi, tal-parroċċi…Litanija tal-firda. Qasmiet kullimkien. Jien ta’ dak u tal-ieħor. Jien tan-North. Jien tas-South. Jien tajjeb – dak ħażin. Jien ma’ dan il-Papa. Jien mal-Papa l-ieħor. Jien ma’ dan l-isqof. Jien mal-Isqof l-ieħor.

Ninqdew b’kollox biex napprofitaw ruħna aħna. Għax meta ngħid jien ta’ xi ħadd, nagħmlu idolu, ntellgħu fuq pedestal biex nikseb xi ħaġa jien. Insir skjav u nitlef lill-oħrajn.

Niġġieldu fuq il-festi, fuq l-isports, kantanti, politika…u nkomplu nżidu firdiet u fejn ma hemmx għaqda jinqered kollox u kulħadd.

Dan it-tilwim huwa d-dlam u l-madmad li jsemmilna Isaija. Alla ma jiflaħax jara firdiet. Pajjiż ma jistax jgħix jekk jibqa maqsum. Mill-firda qatt ma ħarġet il-ħajja. Mill-piki qatt ma twieldet il-paċi.

Ħa ngħażel lil Alla? Għandni bżonn nikkonverti f’dan kollu?  U jien x’ser nagħmel biex naħdem kontra dawn il-firdiet anke qalb l-Insara, anke meta din il-Ġimgħa nfakkru l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara? Kif ser inkunu qalb waħda u ruħ waħda?

L-Insara flimkien jistgħu

  • Jaraw u jimmeditaw il-Kelma t’Alla
  • Jippublikaw kummentarji u korsijiet bibliċi flimkien
  • Jiskobru l-affarjiet/tradizzjonijiet qabel il-firdiet
  • Jitolbu flimkien
  • Jgħinu lil xulxin

Huwa Ġesù li ser ifejjaq il-mard bażiku taħgna l-umanità. Kif? Bit-talb (anke fil-mumenti tad-dlam, ta’ qtiegħ il-qalb). Nara li dak li jagħqqadnai huwa iktar minn dak li jifridna.  Kemm firdiet ta’ xejn!

Kif qalilna Ġesù fl-Evanġelju llum, sejjħilna biex immoru miegħu. Biex naħdmu miegħu għas-Saltna ta’ Alla. Biex naħmdu fil-“Galiliji” tal-lum, ta’ żminijietna.

Ħalli d-dgħajsa tiegħek u ibni l-komunità.

Ħalli d-dgħajsa tiegħek u ibni s-Saltna t’Alla.

Ħalli d-dgħajsa tiegħek u fejn hemm it-tilwin, isma’, agħti kelma ta’ sostenn, agħti kelma ta’ ġid.

Ħalli d-dgħajsa tiegħek….

Il-Mulej iħares lejna. X’qed jgħidilna?

Jekk xi ħadd minnkom jisma’ lill-Mulej jgħidlu “ejja warajja”, jagħmel il-kuraġġ u jmur miegħu.  Il-Mulej qatt ma jaqsmilna qalbna.  Għarrxu f’qalbkom u araw x’qed jgħidilkom il-Mulej.

Xandar, aħdem fil-“Galiliji” ta’ żmienna, ta’ pajjiżna fejn hemm diversi firdiet.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s