Titħajjar tiġi warajja? – Ġesù

1934bf8ec4b663688cd6ab9472f6b9bfRelazzjoni ma’ Ġesù – Ġesù jitkellem magħna

Il-Mulej li jitkellem fil-ħajja tagħna…b’mod normali mingħajr trombi:

Jistedinna biex nimxu warajh:

  • bil-persuni li niltaqgħu magħhom,
  • bil-Bibbja li hija l-kelma tiegħu
  • bit-talb personali tagħna
  • bl-ewkaristija
  • bis-sagramenti b’mod qawwi fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni
  • jitkellem bl-esperjenzi tagħna,
  • jitkellem fil-ferħ tagħna, fit-tama, fil-ħolm, fil-qadi tagħna
  • jitkellem fil-mumenti ta’ dlam, diffikultajiet, qtigħ ta’ qalb

 

Nirriflettu: aħna kif nitkellmu miegĦu? Kemm nagħtu kas ta’ dawn il-mumenti li fihom jitkellem il-Mulej fil-ħajja tagħna? Nixtieq niltaqa’ iktar miegĦu?

Ġesù isejjaħ u jistieden għal relazzjoni personali u profonda – Ejjew warajja. Ma jippreżentalhomx xi sett regoli, xi programm jew xi katekeżi…imma jistedinhom biex b’mod mill-aktar sempliċi jimxu warajH.

Jistedinhom biex jaqsmu miegħu ħajjithom – dak ifisser li ssir tafu, il-ħajja tiegħi naraha fid-dawl tal-preżenza tiegĦu.

Bidliet fil-ħajja

F’din is-silta naraw diversi bidliet li jseħħu:

  1. Bidla tal-post – Ġesù jagħżel li jmur joqgħod Kafarnahum, post li jagħtih sigurtà u faċilità fil-missjoni tiegĦu. Liema huwa l-post tiegħi li nixtieq nibdel f’ħajti? Fejn sibt postok?
  2. Bidla fil-missjoni – Ġesù li jkun ċar fil-missjoni tiegħu: jibda jxandar is-Saltna tas-smewwiet. Liema kienu dawk il-mumenti li tqishom bħala turning points fil-ħajja tiegħek? Minn meta ħassejt li ħajtek bdiet tagħmel iktar sens?
  3. Bidla fl-attitudni/perspettiva ta’ kif iwassal min hu Alla – minn Alla tal-biża għal Alla mimli mħabba. Meta smajt dak il-leħen f’ħajtek – Alla li jħobbok? X’kien ifisser għalik? X’bidla ħalla fik? Min hu Alla għalik?
  4. Bidla fix-xogħol tal-aħwa Xmun u Indri flimkien ma’ Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni. Ftakar f’xi esperjenzi li fihom kont involut/a f’xi proġett kbir, jew f’xi missjoni partikolari li ħalliet esperjenza sabiħa fik u fl-oħrajn. Tixtieq terġa’ tieħu sehem f’xi ħaġa oħra simili? Liema missjoni taħseb li qiegħed isejjaħlek għaliha?
  5. Bidla fil-prioritajiet tal-ħajja – iħallu kollox u jimxu warajH. X’tixtieq tħalli biex timxi warajH? X’inhu jżommok lura minn dan il-pass? Tixtieq tkun ħieles?

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s