Ġesu qatt ma jiddisappuntana

woman-field-freedom.jpgFil-vanġelu skont San Ġwann, l-ewwel ħaġa li bniedem jgħid titpoġġa fuq ix-xufftejn ta’ Ġwanni l-Battista: Araw il-Ħaruf t’Alla. Niftakru fis-sagriffiċju tal-Ħaruf u tal-Passover (il-festa li timmarka l-ħelsien ta’ Iżrael). Li nkunu ħielsa hija esperjenza qawwija, u tirrifletti kif jien nesperjenza l-ħelsien fi Kristu. Min xiex jien meħlus? (eż mill-biża tal-mewt, mir-riskju tal-absurdita, mid-dnub, mid-direzzjoni ħażina fil-ħajja). U iktar minnhekk, għal xiex jien ġejt meħlus? U x’inhuma l-konvinzjonijiet tiegħi li nkun mibgħut u min bagħatni?

Hawnhekk naraw lil Ġesù għandu missjoni ċara.  Ġie fid-dinja b’missjoni ċara. U x’inhi din il-missjoni? Li jeħlisha mill-jasar tad-dnub, billi jitgħabba bil-ħtijiet tal-ġens uman.  Kif?  Bl-imħabba.  M’hemmx mod ieħor kif tirbaħ il-ħażen u d-dnub jekk mhux bl-imħabba li twassal għall-għotja tal-ħajja għall-oħrajn.  Hu il-veru ħaruf tal-Għid, li jogħdos fix-xmara tad-dnub tagħna, biex isaffina.

Ġesu’ qatt ma waqaf ikun ħaruf: ħelu, tajjeb, mimli bl-imħabba, qrib iż-żgħar, qrib il-fqar.  Hemm kien, fost in-nies, ifejjaq lil kulħadd, jgħallem, jitlob.  Ġesu’ huwa tassew bla forza, bħal ħaruf.  Imma kellu l-qawwa li jġorr fuq spallejh id-dnubiet kollha tagħna, kollha.

Xi jfisser għalina, illum, li tkun dixxiplu ta’ Ġesù Ħaruf ta’ Alla?  Aħna l-insara għandna nagħmlu dan: inpoġġu l-innoċenza flok il-ħażen, l-imħabba flok il-qawwa, l-umiltà flok is-suppervja, il-qadi flok il-popolarità.  Li nkunu dixxipli tal-Ħaruf ifisser li ma ngħixux qisna belt taħt assedju, imma bħala belt li tinsab fuq l-għolja, miftuħa, li tilqa’ lil kulħadd, li tgħin lil kulħadd.  Ifisser li m’għandniex nadottaw imġieba magħluqa, imma li nwasslu l-Vanġelu lil kulħadd, u billi nixhdu bil-ħajja tagħna li l-mixi wara Ġesù jagħmilna aktar ħielsa u aktar ferħanin.

Ġesu qatt ma jiddisappuntana.  Qatt.  Din hija x-xhieda ta’ Ġwanni:  Ġesu’, dak li hu tajjeb, ħelu, li jtemm ħajtu bħal ħaruf, maqtul.  Mingħajr ma jgħajjat.  Huwa ġie biex isalvana, biex ineħħi d-dnub.  Id-dnub tiegħi, tiegħek, u dak tad-dinja: kollha, kollha.

U issa nistedinkom biex tagħmlu xi ħaġa: ejjew ngħalqu għajnejna, nimmaġinaw dik ix-xena hemm, fuq xatt ix-xmara, Ġwanni qed jgħammed u Ġesù għaddej.  U nisimgħu leħen Ġwanni: “Dan hu l-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja”.  Inħarsu lejn Ġesù u fis-skiet, kull wieħed u waħda minna, jgħid xi ħaġa minn qalbu lil Ġesu’.  Fis-skiet.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s