id-djamant tal-Milied

IMG_20161223_123203.jpgX’ifisser il-Milied? Min jaf kemm-il darba iċċelebrajnih! Ħa nieħdu xi aspetti partikolari. Ħa nibdew mis-simboli u li għandna hawn fuq l-artal

  • Il-presepju – huwa immaġini tal-ġenna. Kollox juri paċi, mħabba, fulfiment, mingħajr biki. Hija ikona tal-vizzjoni ta’ Iżaija fejn Alla jimsaħ kull demgħa. It-tarbija fil-paċi.
  • L-għar – huma post fejn igħixu l-baqar, ngħaġ u annimali u jieklu f’maxtura. U Ġesù qed f’maxtura tal-injam. Dak l-istess injam li mbagħad sar is-salib fejn Ġesù ta kompletament l-ħajja tiegħu bħala ikel għall-ħajja tad-dinja.
  • L-istillel – dawk li qalu iva lil Alla billi urew lill-maġi l-post fejn twieled Ġesù.
  • Il-Christmas tree – ix-xogħol tagħha hija li taqgħad s-sema mal-art, li tkun ta’ sellum għall-inkarnazzjoni – ħaġa li uża Alla biex niżel hawn fl-art.
  • Dwal tal-Milied – jirrappreżentaw id-dawl u l-warmth ta’ Alla b’mod speċjali. Id-dwal tal-Milied hija xi ħaġa min-Northern Hemisphere u għaliex wara l-winter solstice (l-iktar ġurnata mdalma tas-sena) jiġi l-Milied. L-ideja hija li meta hemm id-dalma u l-kesħa, id-dawl u l-warmth ta’ Alla jiġu fid-dinja. Hekk ukoll għaliex il-quddiesa issir f’nofsillejl biex id-dawl ta’ Alla jgħaddi minnha.
  • Christmas carols – jkunu qegħdin igħinu fiċ-ċelebrazzjoni tal-ferħ tat-twelid ta’ Ġesù f’xebħ mal-għanja tal-anġli fl-ewwel Milied.

Imma apparti dawn, x’jfisser il-Milied? Nixtieq li tpoġġu quddiem għajnekom djamant li meta tpoġġi dawl joħroġ diversi dwal ikkulurit. U dawn huma xi spjegi żgħar marbuta mal-Milied.

  • Tifel ċkejken li qam bil-lejl mbeżża u li kien konvint li hemm kull tip ta’ monstru fid-dinja. Jmur jiġri lejn il-kamra tas-sodda tal-ġenituri tiegħu. Ommu tieħdu lura f’kamartu u tassigurah li qed safe – ma għandux għlafejn jinkwieta għaliex tgħidlu li mhux waħdu qied fil-kamra. Alla jkun miegħek. Qallha, naf li Alla jkun miegħi, imma jien irrid xi ħadd li għandu l-ġilda u l-laħam. U din tfakkarna li l-kelma saret laħam u għex f’nofsna – Ġwanni 1, 14
  • Alla ma jinsabx biss fil-knejjes u monasteri, imma fid-djar tagħna. Kull meta tara mara ma’ żewġha, hemm qiegħed Alla. Kull fejn hemm it-tfal, u fejn hemm it-tisjir, u l-argumenti u r-rikonċiljazzjoni, hemm Alla ukoll. Dak Alla li huwa domestiku u mhux bilfors monastiku!
  • Wara li l-omm titbissem għal ħin twil lit-tarbija tagħha, it-tarbija tibda tidħaq lura. Hija tara l-imħabba fil-qalb, u b’hekk ir-rikonoxxment. Hekk ukoll Alla. Huwa jurina li huma mħabba. L-imħabba tirradja minn Alla u tpoġġi fina d-dawl tal-imħabba f’qalbna
  • Matul il-Milied Alla jgħid lid-dinja – Jien qiegħed hawn. Qed miegħek. Qiegħed f’ħajtek. Tibżax li tkun kuntent. Minn meta bkejt, il-ferħ huwa l-istandard tal-għejxin li huwa aktar adattat mill-anzjeta u mid-dieqa…Jiena ġejt fid-dinja. Qiegħed hawn. Ma hix il-bogħod mid-dinja. Anke jekk ma taranix. Qed hawn. Huwa l-Milied. Ixgħel ix-xemgħat. Għandhom id-dritt iktar li jeżistu milli d-dlam. Huwa l-Milied. Il-Milied idum għall-dejjem.
  • Nistgħu naraw il-Milied minn qisu Ġesù bħala kantant b’vuċi soda u b’pitch perfett li jgħin kor skordat u li jittrasformhom Ġesù ma tanix mużika differenti biex inkantaw, imma għenna biex ir-repetorju tagħna nuruh b’mod ġdid u isbaħ.
  • Apparti dan l-inkarnazzjoni ma tfissirx li Alla ħelisna mit-tbatija tal-ħajja. Tfisser li Alla huwa magħna. Għan-nisrani, bħall-kull wieħed, ser ikun hemm il-kesħa, l-istaġuni ta’ wieħed waħdu, staġuni ta’ mard, ta’ frustrazzjoni u ta’ mewt. Il-Milied ma jgħatinix sellum biex noħorġu l-barra mill-kundizzjoni umani. Jagħtina qawwa biex inpoġġu qalbna f’kollox.
  • U l-Milied igħinna nfittxu lill Alla fl-affarijiet iż-żgħar.
  • U għalhekk, kif jgħidilna Karl Rahner – Fil-Milied Alla tana permess biex inkunu ferħanin. Għaliex ser niċħdu din l-offerta?

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s