Dik il-maxtura! Dak tal-lukanda.

IMG_20161223_123314.jpgMaxtura

Jista’ jkun li mhux veru twieled f’maxtura Ġesù – hija simbolu..it-twelid ta’ Ġesù sar fi stalla biex jistedinna naħsbu li Ġesù żgur ma twelidx f’xi katidral (m’hemmx paragun)…ma kellux inċens ifuħ, anzi riħa ta’ annimali. Dan kollu jurina s-sempliċità/radikalità ta’ din il-festa.

Imma l-maxtura hija ukoll dik li minna jieklu l-annimali…kellha funzjoni oħra – kienet tagħti l-ħajja lil dawk li kienu jieklu minna. U Ġesù f’diversi okkażjonijiet iqabbel lilu nnifsu bħala l-ħobż li jaqta’ l-ġuħ u l-ilma li jaqta’ l-għatx…u għalhekk jekk l-għan prinċipali ta’ Ġesù huwa li jagħti ġismu għalina, allura tagħmel sens li twieled f’maxtura. L-injam tal-maxtura u l-injam tas-salib għandhom l-istess għan f’dan il-pjan t’Alla.

Din il-festa (tal-inkarnazzjoni), Alla jidħol fid-dinja – isir wieħed minna. Xi jfisser dan? Li dak li huwa spiritwali m’huwiex kontra dak li huwa fiżiku/naturali (mhux kif kienu u forsi għad hawn min jaħseb hekk). Il-ġisem tagħna u d-dgħufijiet tagħna huma parti minn dan it-twelid ġdid fil-Mulej.

Dak li qegħdin niċċelebraw huwa l-ħajja tagħna – twelid mill-ġdid tagħna b’mod globali. Alla ma jinsabx biss fil-knejjes sbieħ u fil-postijiet indaf imma f’dawk is-sitwazzjonijiet

  • fejn hemm riħa tinten,
  • fejn hemm il-ġuħ,
  • fejn hemm il-ġlied,
  • fejn hemm it-tbatija,
  • fejn hemm il-biża’,
  • fejn hemm il-firda,
  • fejn hemm il-vizzji,
  • fejn hemm il-mard,
  • fejn hemm id-dlam

Alla li jitwieled fil-maxtura jurina li huwa Alla tal-ġisem u Alla tar-ruħ, Alla tat-talb u Alla tal-azzjoni, Alla li jinsab fil-fqir u Alla li jinsab fis-sinjur, Alla li jinsab fid-djar tagħna u Alla li jinsab fil-knejjes, Alla li jinsab fl-ewkaristija u Alla li jinsab f’qalbek…

Dak tal-lukanda

Aħna fil-ħajja tagħna nistgħu nagħżlu li bħal tal-lukanda ngħidu m’hemmx post għalik fil-ħajja tiegħi… Ġieli ngħiduha lil xulxin mingħajr ma nkunu nafu…

  • Nista’ nagħżel li ma’ nagħtix ċans ieħor lil xi ħadd li jkun żbalja – ngħid LE.
  • Nista’ nagħżel li ma nħobbx għax ma jinżillix, għax mhux kapaċi… ngħid LE.
  • Nista’ nagħżel li ma nħallix lil Ġesù jitwieled fija, għax inqis dawn il-festi bħala ritwali, tradizzjoni u tieqaf hemm…ngħid LE.
  • Nista’ nagħżel li nkompli nitkellem ħażin u nivvinta fuq l-oħrajn għax hekk inkun qed nuri kemm jien aħjar minnhom…ngħid LE.

Għandna għażla quddiemna – nkun bħal maxtura li tilqa’ u tagħti l-ħajja jew nagħmel bħal tal-lukanda li ngħid LE m’hemmx post…aħjar nibqa’ komdu kif jien…

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s