Lil min jixtieq Alla jressaq viċin, illum?

13670-handshake_racial_reconciliation.630w.tn.jpgDin il-ġimgħa, il-biċċa xogħol tagħna, flimkien ma’ Iżaija u Ġwanni l-Battista hija li ngħajtu fid-desert, u li nippreparaw it-triq tal-Mulej, li nagħmlu ħbieb mal-għeddewwa antiki, li npoġġu ħdejn xulxin u naqsmu l-ikel u li nġibu l-paċi fid-dinja. Huwa żmien importanti u serju fejn nikkonvertu d-dinja permezz tal-ġustizzja biex il-paċi issaltan fostna.

Lil min jixtieq Alla jressaq viċin, illum?

Liema diviżjonijiet/qasmiet nixtiequ li naraw mfejjqa? Forsi wkoll f’pajjiżna…bejn partiti politiċi, bejn sitwazzjonijiet familjari…u fid-dinja? – Iżraeliti u Palestinjani; Liberali u konservattivi; bojod u suwed; immigranti u dawk li twieled fil-pajjiż; sinjuri u foqra; żgħar u kbar….

Naraw ftit l-esperjenza: Meta rajt persuni diversi li jgħixu flimkien fil-paċi? Kienet ta’ sorpiża għalik din l-esperjenza ta’ rikonċiljazzjoni u armonija?

L-avvent huwa żmien fejn niftħu għajnejna u naraw, u ninutaw dawk li qed ibgħatu, biex naraw l-inġustizzji ta’ madwarna, biex inkunu aktar konxji tal-isfidi fid-dinja tagħna.

Fil-qari nisimgħu messaġġi ta’ tama u sfida. Ġwanni l-Battista jitkellem fuq li nindmu u dan jirriżulta f’xi ħaġa ġdida u fejn nagħtu l-ħajja. Iżaija jitkellem minn spirtu ġdid li jġib l-għerf u l-ġustizzja. Huwa jitkellem mill-fejqan fir-relazzjonijiet bejn il-popli u l-ġnus. Pawl jitkellemu fuq l-armonija u komunità inklussiva.

It-tama tagħna nisranija ma hix xi ħaġa superfijali. Mhux ngħidu tinkwieta xejn, issa kollox imur sew. It-tama tagħna ma hix xi ħaġa fuq is-sentimenti individwali tagħna, jew il-problemi tagħna li jispiċċaw. It-tama tagħna tinvolvi trasformazzjoni radikali tal-komunità kollha u ta’ kif ngħixu ma’ xulxin. It-tama tagħna hija bbażata fuq is-sejħa t’Alla li jidħol f’ħajja ġdida u mhux f’xi ħaġa li ma tatix il-ħajja.

U aħna rridu nkunu strumenti t’Alla għall-ħelsien u l-promozzjoni tal-foqra, biex ikunu parti mis-soċjetà. It-tama tagħna li għandna jinvolvi li nirrispondu għall-isidi u fl-istess ħin naħdmu għall-dinja ġdida ta’ ġustizzja u paċi. B’dan kollu ninbiddlu f’komunità ta’ rġiel u nisa li nxandru l-bxara t-tajba. Ħwejjeġ kbar jistgħu jseħħu. U għalhekk bħal  Ġwanni msejħin li ngħinu lill-persuni oħra li jilqgħu lill-Mulej.

Fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s