aħna importanti għaliex aħna wlied Alla

113408-saint-augustine-quote-god-loves-each-of-us-as-if-there-were-onlyTwaqqa’ għaċ-ċajt u status

Is-silta tal-Evanġelu ta’ dan il-Ħadd turina grupp ta’ Saduċej jargumentaw ma’ Ġesù, li kienet xi ħaġa tipika, fejn jikkwotaw silta biblika kontra silta oħra.  Is-Saduċej użaw teknika komuni fejn twaqqa’ għaċ-ċajt il-pożizzjoni tal-ieħor.  Hemmhekk wieħed ma jkunux qed jieħu bis-serjetà l-punto di vista li jkun qed jesprimi ruħu, u lanqas ikun hemm smigħ veru ta’ dak li ħaddieħor qed jesprimi.

  • Qatt sibt ruħek tagħmel dan ma’ oħrajn biex la tisma’ l-argument u lanqas tati każ ta’ dak li qed jlissen ħaddieħor?
  • Jew qatt esperjenzajt lil oħrajn jagħmlu dan fuqek?
  • X’inhuma l-effetti ta’ din l-attitudni?

Din l-attitudni ma fihiex ħajja, imma hija xi ħaġa li toqtol li ħaddieħor. Kompli fittex dak il-mod kif l-attitudni tiegħek tkun ħajja, għaliex Alla huwa Alla tal-ħajjin u mhux tal-mejtin.

Marbuta magħha, meta wieħed juża’ din it-teknika li jwaqqa’ lil oħrajn, ikun qed jaħseb li għandu xi status ogħla. U dan ukoll kienu jaħsbuh is-Saduċej, meta bil-mistoqsija li staqsew, kienu qed jaħsbu li l-istatus hawn fid-dinja ser jinfluenza kif aħna ser inkun wara din il-ħajja. U nġab l-eżempju ta’ dik il-mara li mietulha żwieġha kollha wara li żżewġithom.

Imma r-risposta ta’ Ġesù, tafferma li aħna importanti mhux minħabba xi status li jista’ jkollna, imma għaliex aħna wlied Alla. U din timlilna l-qalb tagħna. Aħna wlied Alla, u ma jiddependix mill-istatus tax-xogħol, tas-suċċess, tal-istudju, tal-flus, tal-poter, imma għaliex aħna wlied Alla. Aħseb ftit f’dak il-mumenti meta int rajt lilek innifsek, jew lill-ħaddieħor li ‘jiswa’ għaliex huwa iben/bint Alla, u mhux għax għandu xi status fid-dinja.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s