mill-esklużjoni għal inklużjoni

Acceptance.jpgFi żmien Ġesù, li xi ħadd ikun marid bil-lebbra, kien mwarrab u eskluż mis-soċjetà.  Issa wkoll Samaritan huwa persuna eskluża għaliex il-Lhud u s-Samaritani ma kienux jmorru tajjeb bejniethom.  Fl-istorja li għandna, dan ir-raġel kien eskluż doppjament, kemm bħala Samaritan u bħala lebbruż.

U llum, min huma ‘l-lebbrużi’ moderni? Lil min qed neskludu? Eżempju: xi ħadd li ma jaqbilx magħna u għandu opinjoni differenti, xi ħadd ta’ kulur politiku ieħor, jew ta’ orjentazzjoni differenti, jew ta’ kulur tal-ġilda, jew ta’ reliġjon differenti, jew ukoll l-qasma ġeografika anke f’pajjiżna, jew jekk għandux edukazzjoni jew le, jew jekk għandux esperjenza fix-xogħol jew le…U għalik min huma l-lebbrużi u s-Samaritani, dawk il-persuni esklużi, ta’ żminijietna?

Il-fejqan ta’ dawn  il-lebbrużi ma hux biss fejqan fiżiku, imma huwa wkoll li terġa’ ġġib lura lil dawk il-persuni li kienu mwarrba mill-komunità.

Jista’ jkun li int ukoll esperjenzajt il-moviment mill-esklużjoni għal inklużjoni.

X’kien iffiser għalik li erġajt ġejt aċċettat għal darba oħra meta kont eskluż?   Eżempji, meta rranġajt ma’ ħabib tiegħek wara xi argument, jew li smajt l-opinjoni ta’ xi ħadd ieħor li kont qabel mal-ewwel warrabtu, jew li ftaħt bieb għal xi ħadd ieħor. Irrifletti ukoll f’eżempji oħra. U marbuta ma’ din:

Min kienu dawk il-persuni għalik (qishom Ġesù ieħor għalik), li ħadmu, akkumpanjawk f’din il-bidla mill-esklużjoni għal inklużjoni?

Hemm diversi nies li qed jaħdmu biex jitwaqqaw ħitan fis-soċjetà tagħna fejn ifittxu l-inklużjoni lejn dawk li s-soċjetà għamlithom il-lebbrużi tal-lum.

Min qed jagħmel dan kollu? Fejn rajtu jsir dan?  U fejna l-bxara t-tajba f’din l-azzjoni? (li jkun qed ikompli l-missjoni u ministeru ta’ Ġesù fil-ħajja ta’ kuljum)

Għalhekk, din is-silta tgħinna nirriflettu fuq l-ministeru ta’ Ġesù lejn dawk esklużi u wkoll r-rispota ta’ gratitudni minn persuni li ma konnix qegħdin nistennew.  Nirriflettu aħna wkoll bħala nsara lil min huma dawk il-persuni li qegħdin neskludu, u kif ser ndewquhom l-imħabba u l-ħniena ta’ Kristu.

fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s