Alla mhux indifferenti lejn id-dinja – għaliex aħna qegħdin inkunu indifferenti?

1Għandna raġel għani. Kien jagħmel ta’ bi ruħu li lil Lazzru ma jafux jew li mhuwiex jarah.  Imma meta dan ir-raġel l-għani miet u kien fi stat ta’ tbatija lil Lazzru jsejjaħlu b’ismu meta lil Abraham jgħidlu: “Ibgħat lil Lazzru…” Dan mela kien id-dnub ta’ dan ir-raġel sinjur: mhux għax kien sinjur, mhux għax kien jiekol tajjeb u jilbes sabiħ, imma għaliex fil-għana tiegħu għalaq għajnejh għal min kien qiegħed ibati meta fil-fatt seta’ jgħinu.

Għalhekk nistgħu niġbru dan kollu fil-kelma indifferenza jew insensittivita. U nistgħu narawha fuq 3 aspetti

  • Insensittivita lejn l-aħwa li huma fil-bżonn. Nafu l-isem tal-fqir: Lazzru. Imma tas-sinjur? Ma għandux isem! Huwa ċċentra fuqu nnifsu jew fuq il-qawwa tiegħu minflok f’Alla, u ‘jitlef’ ismu. Meta jistaqsuh x’jismu ma jgħidx x’jismu, imma iktar x’jipposedi. U kemm ħafna drabi, diversi nies jippretendu li ma jarawx il-fqir! Għalihom il-fqir ma jeżistix. U għalhekk l-indifferenza. Nista’ ngħin imma nibża nieqaf.  Qatt irrealizzajna li huwa meta inti tkun aware għall-bżonnijiet ta’ dawk ta’ madwarek, u tara li tirrispondi, li tkun tista’ toħroġ minnek l-aħjar tiegħek.  Ukoll l-faqar għandu wiċċ, mhux ta’ xi ħadd bla isem – imma għandu isem bħal Lazzru
    • Eż l-immigrant
    • Dak li qiegħed San Blas
    • Xi report fil-gazzetta
  • Huwa injora u kien indifferenti lejn l-kelma t’Alla (lil Mose u l-profeti).

Il-Kelma t’Alla tista’ tfejjaq dan l-għamad. Għalkemm forsi kien jidher li jaf il-Kelma t’Alla, imma ma ħalliex il-kelma tidħol fil-qalb tiegħu. Ma semax il-kelma u għalhekk ma kienx kapaċi li jiftaħ għajnejh u juri kompassjoni mar-raġel fqir. Ma hemmx messaġġier jew messaġġ li jista’ jieħu l-post ta’ dan il-fqir li ltaqa’ miegħu fit-triq, għaliex fihom Ġesù jiġi biex jiltaqa’ magħna: “bħalma għamiltu ma’ wieħed minn dawn ħuti, għamiltuh miegħi”.

  • Huwa injora l-preżenza u l-azzjoni t’Alla fl-affarijiet iż-żgħar u ordinarji ta’ kuljum

Jiġri li meta aħna nkunu nħossuna f’sikkitna u komdi (bħal għani fl-Evanġelju) żgur ninsew lill-oħrajn u ma jinteressawniex il-problemi tagħhom, it-tbatijiet tagħhom u l-inġustizzji li jsofru…noqgħodu gallarija jew inkella fuq is-sufan komdi…. allura qlubna jaqgħu fl-indifferenza: waqt li jien inħossni relattivament tajjeb u komdu, ninsa lil min hu batut.  Din l-attitudni egoistika, ta’ indifferenza, hi ħaġa li saret globali. Tara aħbar, titħassarhom u tibqa’ għaddej u ma tieqafx, u ma jqanqal xejn fik. Tinjora t-tlett aspetti li semmejna.

Alla mhux indifferenti lejn id-dinja – għaliex aħna qegħdin inkunu indifferenti?

Il-kultura tal-kumdità, twassalna biex naħsbu fina nfusna, twassalna li nkunu insensibbli għall-karba tal-oħrajn, tagħmilna ngħixu fi bżieżaq tas-sapun, li huma sbieħ, imma ma huma xejn, huma biss illużjoni artifiċjali, tal-proviżorju, li twassal għall-indifferenza lejn l-oħrajn. Drajna t-tbatija ta’ ħaddieħor, li ma jimpurtaniex minnha, ma tinteressanhiex, m’hix affari tagħna!

 

Biex negħlbu l-indifferenza u l-pretensjonijiet ta’ omnipotenza li għandna, ngħixu l-ħajja bħala mixja ta’ formazzjoni tal-qalb.  Li jkollna qalb li tħenn ma jfissirx li jkollna qalb dgħajfa.  Min irid iħenn għandu bżonn qalb b’saħħitha, soda, magħluqa għat-tentatur, imma miftuħa għal Alla.  Qalb li tħalli lill-Ispirtu s-Santu jirfidha u jmexxiha fit-triq tal-imħabba li twassalha għand l-aħwa.   Jiġifieri qalb fqira, li tagħraf il-faqar tagħha u tingħata għall-ieħor.

Fr. David Cortis osa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s