X’jagħmlek agostinjan?
Li ngħix qalb waħda u ruħ waħda kemm fil-post fejn jien assenjat li naħdem pastoralment imma aktar u aktar fil-komunità fejn ngħix u fil-familja Agostinjana madwar id-dinja, fejn xejn m’hu tiegħi imma ta’ kulħadd, fejn it-tfittxija għall-verità tħeġġeġ fil-qalb tagħna.
Il-Kariżma agostinjana fid-dinja tal-lum
F’dinja li temmen ħafna f’dak li tara u dak li tista’ tmiss, il-kariżma tagħna l-Agostinjani tfakkarna fl-imħabba li m’hix xi ħaġa li tara jew tmiss iżda li tesperjenzaha. Din it-tifkira fl-imħabba ddawrilna ħarsitna lejn Alla li hu imħabba u verità u tħeġġeġ fina it-tfittxija għal dak li jagħmilna verament ulied Alla.
Min hu l-agostinjan għalik?
L–Agostinjan huwa dak li dejjem ifittex li jħobb, li jxerred l-imħabba u li lest jilqa’ kull sagrifiċċju biex iwassal il-verità waħdanija li hi l-imħabba infinita ta’ Alla.