X’jagħmlek agostinjan?
Il-pjaċir li ngħix kif kienet tgħix l-ewwel komunità ta’ nsara f’Ġerusalemm, li kienu jaqsmu kollox flimkien, magħqudin f’qalb waħda, jitrejqu bl-Ewkaristija u jżommu il-tagħlim tal-Appostli.
Il-Kariżma agostinjana fid-dinja tal-lum
Ix-xhieda ta’ qalb dgħajfa li tista’ tegħleb it-tentazzjonijiet li jiġbduha għall-egoiżmu bil-grazzja t’Alla li niksbu permezz tat-talb tagħna flimkien u l-kontemplazzjoni ta’ Kristu fi ħdan il-Missier.
Min hu l-agostinjan għalik?
Dak li, bħal Santu Wistin, ifittex il-verità, mixgħul bil-ħrara li jsalva lill-erwieħ u mhux mimli bih innifsu imma biss bl-imħabba t’Alla.