ħabbara fid-dinja tal-lum?

Two-by-two_banner.jpgIl-missjoni li Ġesù ta lit-72 hija l-istess missjoni li rċieva Ġesù innifsu.

U x’inhi din il-missjoni? Din hija li

  • tħabbar li s-saltna t’Alla hija fil-qrib u
  • li tfejjaq il-morda.

x’passi nistgħu nieħdu bħala evanġelizaturi?

  1. Ngħarfu l-ġuħ u l-għatx tal-qlub tal-bnedmin, dak li jirrikonoxxu u wkoll dawk moħbija (eżempju s-sens tal-ħajja, għaliex qegħdin hawn, jien min jien fil-verità?, x’jżommni ħaj? x’inhi l-imħabba vera? id-direzzjoni tal-ħajja, l-ispiritwalità, t-tfixxija għal Alla l-ħaj, t-tfixxija ta’ dawn il-mistoqsijiet)
  2. B’mod metaforiku, li wieħed jivvjaġa ħafif, jiġifieri bi ftit attachments – ma jkunx hemm attachments eżempju ta’ political correctness, jew ta’ xi biża li wieħed ma jitkellimx quddiem ċertu sitwazzjonijiet.
  3. Li wieħed jagħmel dan kollu b’kunfidenza, li ġejja minn Alla u wkoll f’sens ta’ komunità (bgħathom 2 by 2), u għalhekk permezz ta’ mentor, ħabib, jew komunità tista’ tara possibiltajiet li kienu hemm, imma ma rajthomx.
  4. Li jsir dan kollu b’ħafna ferħ, (u mingħajr ma jinjora dak li Alla jixtieq jagħmel permezz tal-ħajja tiegħek)…u l-ferħ huwa li nkunu dixxipli tiegħu u ħbieb tiegħu.
  5. U li wieħed ikollu l-għala tat-tama ta’ dan kollu (filwaqt li jkollu l-kuraġġ li jiskopri l-għan tal-ħajja tiegħu f’din l-istorja t’Alla)

 

Ftakar meta int lħaqt lil ħaddieħor permezz tal-kliem jew tal-għemil, biex turihom li huma persuni, forsi b’kelma ta’ kuraġġ jew ta’ simpatija, jew billi tajthom daqqa t’id f’sitwazzjonijiet diffiċli.

fr. David

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s