Il-valur komunitarju fi skola agostinjana

faccata.jpg

Dan il-ktieb mis-serje ta’ kotba ppublikati mill-FAE, il-Federazzjoni Agostinjana fi Spanja, hija ġabra tal-papers ippreżentati fil-Laqgħa ta’ kull sena għall-għalliema li jagħlmu f’kulleġġi agostinjani fi Spanja. It-tema tas-sena 2015 kienet, “El valor de lo comunitario en la escuela agustiniana”, il-valur tal-komunitarju fl-iskola agostinjana.  Quddiem l-isfidi kontemporanji tal-individwaliżmu u l-exklużżjoni, wieħed irid jagħmel enfasi fuq edukazzjoni ispirata f’antropoloġija li hija karetteriżata mill-ħbiberija, mit-tfixxija fil-komun għal verità, u minn ftuħ lejn Alla u lejn l-oħrajn. Hija antropoloġija traxendentali, mingħajr ma wieħed jinsab l-aspett fundamenti li jgħix flimkien u li jaqsam (sharing), għaliex l-iżvillup tal-ħajja umana tgħaddi minn għotja tal-persuna nnifisha u l-implikazzjoni għal ġid komuni. X’kotba qegħdin jużaw l-istudeni tagħna? X’kontenut fihom? Huma ko-erenti? Li wieħed igħallem hija professjoni morali, hija stqarrija umli tal-esperjenzi  fejn ikunu mwaħħda knowledge u li wieħed jatwa, l-intelliġenza u l-qalb.  Fil-ktieb wieħed isib artikli tal-filosfu spanjol, li huwa konsultur tal-Kummisjoni Pontifiċja għal Kultura, Fransesc Torralb Roselló, li jikteb dwar il-komunità fil-prattika edukattiva, fejn jagħmel enfasi fuq l-umiltà u l-fiduċja bħala valuri essenzjali fl-azzjoni edukattiva.  F’artiklu ieħor, l-istess awtur jitkellem fuq il-valur tal-komunità fid-dawl tal-ispirtu agostinjan u tar-regula ta’ Santu Wistin.

Awtriċi oħra, Carmen Guaita, titkellem fuq l-komunità li tgħallem, mudell għat-tgħalim agostinjan, fejn issemmi l-valuri tal-interjorità, tal-evanġelizzazzjoni u l-komunita bħala valuri importanti. Hija issemmi wkoll li quddiem l-isfida ta’ ambjent ta’ kollox fil-qosor (bħala żmien), insibu l-valur tal-proġett personali b’atitudni ta’ fidi; quddiem l-isfida tal-individwaliżmu, hemm il-personaliżmu; quddiem l-isfida ta’ li wieħed jesprimi biss il-pjaċiri u l-uġiegħ, hemm il-parteċipazzjoni u s-solidarjetà; quddiem l-konsumiżmu sfrenat, hemm l-awsterità skont kif inhi msemmija fir-Regula; quddiem etika bla bażi, l-importanza tar-responsabiltà; quddiem l-exterjuri, l-interjorità u li wieħed jaħseb u jirrifletti; quddiem li wieħed jaħrab, l-libertà; quddiem li wieħed ikun frivolu, il-kompassjoni;  quddiem l-aspetti ta’ disintegrazzjoni, wieħed isaħħaħ l-aspett mal-oħrajn u mal-interjorità tal-individwu.

Narcís Vives, jitkellem ukoll fuq it-tagħlim b’mod kooperattiv, li huwa innovazzjoni mill-aspett tal-komunità, fejn hemm networks u ko-operazzjoni f’diversi aspetti.

Il-ktieb huwa ġabra ta’ artikli ferm interessanti u neċessarji fil-ħidma edukattiva.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s